Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 13 ta' Diċembru 2018 - Strasburgu

5. Deċiżjonijiet dwar ċerti dokumenti

Deċiżjoni biex jiġu ppreparati rapporti ta' inizjattiva (Artikolu 46 tar-Regoli ta' Proċedura)

(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 15 ta' Novembru 2018)

Kumitat LIBE

- Viżi Umanitarji (2018/2271(INL))

Deċiżjoni biex jiġu ppreparati rapporti ta' inizjattiva (Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura)

(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 6 ta' Diċembru 2018)

Kumitati DEVE, ENVI

- Rapport strateġiku annwali dwar l-implimentazzjoni u t-twettiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) (2018/2279(INI))

Modifiki tal-konsultazzjonijiet mal-Kumitati (Artikolu 53 tar-Regoli ta' Proċedura)

Kumitat JURI

- It-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari (COM(2018)0179 - C8-0144/2018 - 2018/0088(COD))
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: BUDG, ITRE, IMCO, AGRI, PECH, JURI, JURI (Artikolu 39 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali (COM(2016)0593 - C8-0383/2016 - 2016/0280(COD))
irriferut lill-kumitat responsabbli: JURI
opinjoni: CULT, ITRE, LIBE, INTA, IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), JURI (Artikolu 39 tar-Regoli ta' Proċedura)

Kumitat IMCO

- Rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-Ftehim Qafas Istituzzjonali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera (2018/2262(INI))
irriferut lill-kumitat responsabbli: AFET
opinjoni: IMCO, INTA (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

Deċiżjoni li għandha tkun applikata l-proċedura b'laqgħat konġunti ta' kumitati (Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura)

(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 6 ta' Diċembru 2018)

Kumitati DEVE, ENVI

- Rapport strateġiku annwali dwar l-implimentazzjoni u t-twettiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) (2018/2279(INI))


Deċiżjoni biex jiġu ppreparati rapporti ta' inizjattiva (Artikolu 216(7), tar-Regoli ta' Proċedura)

(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 6 ta' Diċembru 2018)

Kumitat PETI

- Rapport annwali skont l-Artikolu 216(7) dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul is-sena 2018 (2018/2280(INI))

Bidla ta' titolu

Kumitat AFCO

Titolu ġdid tar-rapport (2018/2080(INL)): “Abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew li jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew) u li jħassar id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom”.

Bdil ta' proċedura ((INI) minflok (INL

Kumitat AFCO

- It-trattament tat-taxxa ta' prodotti tal-pensjoni personali, inkluż il-Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (2018/2002(INI))

Irtirar ta' rapport fuq inizjattiva proprja diġà awtorizzat

Kumitat ITRE

- Il-futur tal-politika tal-UE dwar l-enerġija, inkluż il-futur tat-Trattat Euratom (2018/2087(INI))

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' April 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza