Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 14 ta' Jannar 2019 - Strasburgu

3. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
Rapporti Verbatim

Il-President għamel dikjarazzjoni biex ifakkar lil Pawel Adamowicz, Sindku ta' Gdansk, li l-Ħadd filgħaxija safa vittma u miet minħabba l-ġrieħi tiegħu ftit tas-sigħat ilu. Huwa ta l-kondoljanzi tal-Parlament lill-familja tal-vittma u lil Gdansk.

Il-President fakkar fl-attakk terroristiku ta' Diċembru fi Strasburgu. Huwa jiddeplora wkoll it-tfaqqigħ tat-tensjonijiet u l-vjolenza fl-Ewropa u jappella għar-responsabilità ta' kulħadd biex isir djalogu rispettuż. Il-President avża li din il-ġimgħa se jiddiskuti mas-Sindku ta' Strasburgu kif se jitfakkru l-vittmi tal-attentat ta' Diċembru. Huwa se jipproponi wkoll lill-Konferenza tal-Presidenti biex issemmi s-sala tar-radju tal-Parlament wara ż-żewġ ġurnalisti li mietu waqt l-attentat.

Il-Parlament osserva minuta silenzju.

Interventi ta' Janusz Lewandowski, Maria João Rodrigues, Fabio Massimo Castaldo, Dimitrios Papadimoulis, Jarosław Wałęsa, Mara Bizzotto, Jadwiga Wiśniewska, Patrizia Toia, Marcel de Graaff, Cláudia Monteiro de Aguiar u Claudia Tapardel.

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza