Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 14 ta' Jannar 2019 - Strasburgu

9. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet ta' għadd ta' kumitati li jniedu negozjati interistituzzjonali, abbażi tar-rapporti li ġejjin (bi qbil mal-Artikolu 69c(1) tar-Regoli ta' Proċedura):

—   Kumitat JURI, abbażi tar-rapport għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 fir-rigward tal-konverżjonijiet, tal-mergers u tad-diviżjonijiet transkonfinali (COM(2018)0241 – C8-0167/2018 – 2018/0114(COD)). Rapporteur: Evelyn Regner (A8-0002/2019);

—   Kumitat ECON, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 dwar parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju u parametri referenzjarji b'livell ta' karbonju b'impatt pożittiv (COM(2018)0355 - C8-0209/2018 - 2018/0180(COD)). Rapporteur: Neena Gill (A8-0483/2018);

—   Kumitat LIBE, abbażi tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi, li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi (COM(2018)0209 - C8-0151/2018 - 2018/0103(COD)). Rapporteur: Andrejs Mamikins (A8-0473/2018);

—   Kumitat PECH, abbażi tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran (COM(2018)0115 - C8-0104/2018 - 2018/0050(COD)). Rapporteur: Clara Aguilera (A8-0005/2019);

—   Kumitat TRAN, abbażi tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (COM(2018)0567 - C8-0384/2018 - 2018/0298(COD)). Rapporteur: Isabella De Monte (A8-0004/2019);

—   Kumitat TRAN, abbażi tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (COM(2018)0568 - C8-0385/2018 – 2018/0299(COD)). Rapporteur: Karima Delli (A8-0009/2019);

—   Kumitat TRAN, abbażi tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ambjent għal Single Window Marittima Ewropea u li jħassar id-Direttiva 2010/65/UE (COM(2018)0278 - C8-0193/2018 – 2018/0139(COD)). Rapporteur: Deirdre Clune (A8-0006/2019);

—   Kumitat TRAN, abbażi tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/96/KE dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq(COM(2018)0274 - C8-0196/2018 - 2018/0129(COD)). Rapporteur: Daniela Aiuto (A8-0008/2019);

—   Kumitat TRAN, abbażi tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara u li tħassar id-Direttiva 2005/45/KE (COM(2018)0315 - C8-0205/2018 - 2018/0162(COD)). Rapporteur: Dominique Riquet (A8-0007/2019);

Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada, it-Tlieta, 15 ta' Jannar 2019, li deċiżjoni ta' kumitat għal dħul f'negozjati titqiegħed għall-votazzjoni.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza