L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Jannar 2019 (PE 632.677/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):
It-Tnejn
Talba tal-Grupp Verts/ALE biex tiddaħħal bħala r-raba' punt tal-aġenda, qabel il-preżentazzjonijiet qosra, diskussjoni komuni dwar iż-żewġ rapporti Marietje Schaake dwar il-Ftehim bejn l-UE u l-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju (A8-0471/2018) u l-Ftehim bejn l-UE u l-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju (Riżoluzzjoni) (A8-0478/2018) (punti 23 u 28 tal-PDOJ). Id-diskussjoni komuni se tikkonsisti minn diskussjoni madwar mejda tal-gruppi politiċi.
Interventi ta' Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifikat it-talba, Maria João Rodrigues f'isem il-Grupp S&D, biex tipproponi li dan id-dibattitu jsir it-Tlieta, Heidi Hautala li taqbel ma' din il-proposta, u Guy Verhofstadt.
Talba tal-Grupp S&D bil-għan li jiġu rtirati mill-Aġenda d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-"Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-13 u l-14 ta' Diċembru 2018" (punt 53 tal-PDOJ). Bħala konsegwenza ta' dan, is-seduta tat-Tlieta se tibda fid-9.00.