Indiċi 
Minuti
PDF 287kWORD 81k
It-Tnejn, 14 ta' Jannar 2019 - Strasburgu
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Ftuħ tas-seduta
 3.Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
 4.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 5.Kompożizzjoni tal-Parlament
 6.Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
 7.Talba għat-tneħħija tal-immunità
 8.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 9.Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)
 10.Proposta għal att tal-Unjoni
 11.Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
 12.Dokumenti mressqa
 13.Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)
 14.Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 15.Ordni tal-ħidma
 16.Il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi (dibattitu)
 17.L-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq ***I (dibattitu)
 18.L-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Parlament Ewropew (dibattitu)
 19.L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (preżentazzjoni qasira)
 20.Valutazzjoni ta' kif il-baġit tal-UE jintuża għar-riforma tas-settur pubbliku (preżentazzjoni qasira)
 21.Il-linji gwida tal-UE u l-mandat tal-Mibgħut Speċjali tal-UE dwar il-promozzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin barra l-UE (preżentazzjoni qasira)
 22.L-ugwaljanza bejn is-sessi u l-politiki tat-tassazzjoni fl-UE (preżentazzjoni qasira)
 23.Is-sewqan awtonomu fit-trasport Ewropew (preżentazzjoni qasira)
 24.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 25.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 26.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Is-sessjoni li ġiet interrotta l-Ħamis, 13 ta' Diċembru 2018 tkompliet.


2. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.04.


3. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza

Il-President għamel dikjarazzjoni biex ifakkar lil Pawel Adamowicz, Sindku ta' Gdansk, li l-Ħadd filgħaxija safa vittma u miet minħabba l-ġrieħi tiegħu ftit tas-sigħat ilu. Huwa ta l-kondoljanzi tal-Parlament lill-familja tal-vittma u lil Gdansk.

Il-President fakkar fl-attakk terroristiku ta' Diċembru fi Strasburgu. Huwa jiddeplora wkoll it-tfaqqigħ tat-tensjonijiet u l-vjolenza fl-Ewropa u jappella għar-responsabilità ta' kulħadd biex isir djalogu rispettuż. Il-President avża li din il-ġimgħa se jiddiskuti mas-Sindku ta' Strasburgu kif se jitfakkru l-vittmi tal-attentat ta' Diċembru. Huwa se jipproponi wkoll lill-Konferenza tal-Presidenti biex issemmi s-sala tar-radju tal-Parlament wara ż-żewġ ġurnalisti li mietu waqt l-attentat.

Il-Parlament osserva minuta silenzju.

Interventi ta' Janusz Lewandowski, Maria João Rodrigues, Fabio Massimo Castaldo, Dimitrios Papadimoulis, Jarosław Wałęsa, Mara Bizzotto, Jadwiga Wiśniewska, Patrizia Toia, Marcel de Graaff, Cláudia Monteiro de Aguiar u Claudia Tapardel.


4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.

°
° ° °

Elsi Katainen għarrfet li kienet preżenti għas-seduti tat-12 ta' Marzu 2018, is-16 ta' April 2018, il-11 ta' Ġunju 2018, l-10 ta' Settembru 2018, l-1 ta' Ottubru 2018, it-22 ta' Ottubru 2018 u l-10 ta' Diċembru 2018 iżda li isimha ma jidhirx fir-reġistru tal-attendenza.

Elsi Katainen kienet preżenti għas-seduta tad-29 ta' Novembru 2018 iżda li isimha ma jidhirx fir-reġistru tal-attendenza.

Sergio Gaetano Cofferati kien skużat għas-seduti tal-11 u t-13 ta' Settembru 2018.


5. Kompożizzjoni tal-Parlament

Catherine Stihler avżat bil-miktub bir-riżenja tagħha minn Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 1 ta' Frar 2019.

Bi qbil mal-Artikolu 4 tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata li l-post huwa vakanti minn din id-data u informa lill-awtorità nazzjonali kkonċernata dwar dan.


6. Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi

James Carver m'għadux jieħu postu mal-Membri mhux affiljati u ngħaqad mal-Grupp EFDD b'effett li jiddekorri mid-data 10 ta' Jannar 2019.


7. Talba għat-tneħħija tal-immunità

L-awtoritajiet Ġermaniżi kompetenti ressqu talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Monika Hohlmeier fl-ambitu ta' proċedura ta' inkjesta fir-rigward tal-prosekutur ta' Coburg.

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba ġiet irriferuta lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.


8. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva t-talbiet ta' ħatra li ġejjin mill-Grupp EFDD:

Kumitat BUDG: Jonathan Arnott minflok Raymond Finch

Kumitat PECH: Patrick O'Flynn minflok Mike Hookem

Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.


9. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet ta' għadd ta' kumitati li jniedu negozjati interistituzzjonali, abbażi tar-rapporti li ġejjin (bi qbil mal-Artikolu 69c(1) tar-Regoli ta' Proċedura):

—   Kumitat JURI, abbażi tar-rapport għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 fir-rigward tal-konverżjonijiet, tal-mergers u tad-diviżjonijiet transkonfinali (COM(2018)0241 – C8-0167/2018 – 2018/0114(COD)). Rapporteur: Evelyn Regner (A8-0002/2019);

—   Kumitat ECON, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 dwar parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju u parametri referenzjarji b'livell ta' karbonju b'impatt pożittiv (COM(2018)0355 - C8-0209/2018 - 2018/0180(COD)). Rapporteur: Neena Gill (A8-0483/2018);

—   Kumitat LIBE, abbażi tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi, li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi (COM(2018)0209 - C8-0151/2018 - 2018/0103(COD)). Rapporteur: Andrejs Mamikins (A8-0473/2018);

—   Kumitat PECH, abbażi tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran (COM(2018)0115 - C8-0104/2018 - 2018/0050(COD)). Rapporteur: Clara Aguilera (A8-0005/2019);

—   Kumitat TRAN, abbażi tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (COM(2018)0567 - C8-0384/2018 - 2018/0298(COD)). Rapporteur: Isabella De Monte (A8-0004/2019);

—   Kumitat TRAN, abbażi tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (COM(2018)0568 - C8-0385/2018 – 2018/0299(COD)). Rapporteur: Karima Delli (A8-0009/2019);

—   Kumitat TRAN, abbażi tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ambjent għal Single Window Marittima Ewropea u li jħassar id-Direttiva 2010/65/UE (COM(2018)0278 - C8-0193/2018 – 2018/0139(COD)). Rapporteur: Deirdre Clune (A8-0006/2019);

—   Kumitat TRAN, abbażi tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/96/KE dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq(COM(2018)0274 - C8-0196/2018 - 2018/0129(COD)). Rapporteur: Daniela Aiuto (A8-0008/2019);

—   Kumitat TRAN, abbażi tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara u li tħassar id-Direttiva 2005/45/KE (COM(2018)0315 - C8-0205/2018 - 2018/0162(COD)). Rapporteur: Dominique Riquet (A8-0007/2019);

Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada, it-Tlieta, 15 ta' Jannar 2019, li deċiżjoni ta' kumitat għal dħul f'negozjati titqiegħed għall-votazzjoni.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.


10. Proposta għal att tal-Unjoni

Il-President għarraf li ddikjara ammissibbli l-proposta għal att tal-Unjoni segwenti skont l-Artikolu 46(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

—   Proposta ta' att tal-Unjoni mressqa minn Nicola Caputo, Annie Schreijer-Pierik, Frédérique Ries, Biljana Borzan, Miroslav Mikolášik, José Inácio Faria, Margrete Auken, Rory Palmer, Kateřina Konečná u Guillaume Balas, dwar titjib fil-ġbir tal-plażma fl-Unjoni Ewropea (B8-0591/2018).

Skont l-Artikolu 46(2) tar-Regoli ta' Proċedura, din il-proposta hija rriferuta lill-kumitat responsabbli, jiġifieri Kumitat ENVI.


11. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa, is-16 ta' Jannar 2019 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (00060/2018/LEX - C8-0032/2019 - 2017/0004(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 (00063/2018/LEX - C8-0030/2019 - 2016/0256(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 (00064/2018/LEX - C8-0029/2019 - 2016/0257(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (00062/2018/LEX - C8-0028/2019 - 2016/0254(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istadju Euro 5 għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (00065/2018/LEX - C8-0020/2019 - 2018/0065(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (kodifikazzjoni) (00059/2018/LEX - C8-0018/2019 - 2018/0160(COD)).

°
° ° °

Fit-8 ta' Jannar 2019, il-President iffirma l-att li ġej adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkomplementa l-leġislazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (00067/2018/LEX - C8-0019/2019 - 2018/0220(COD)).


12. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta' ċerti rekwiżiti għall-fornituri tas-servizzi ta' pagament (COM(2018)0812 - C8-0015/2019 - 2018/0412(CNS))

irriferut

responsabbli :

ECON

- Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament(UE) Nru 904/2010 dwar miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT (COM(2018)0813 - C8-0016/2019 - 2018/0413(CNS))

irriferut

responsabbli :

ECON

- Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati ma' bejgħ b'distanza ta' merkanzija u ċerti provvisti domestiċi ta' merkanzija (COM(2018)0819 - C8-0017/2019 - 2018/0415(CNS))

irriferut

responsabbli :

ECON

opinjoni :

IMCO

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u l-Istat ta’ Iżrael, mill-parti l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (09547/2018 - C8-0021/2019 - 2018/0080(NLE))

irriferut

responsabbli :

AFET

opinjoni :

INTA

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (05083/2015 - C8-0022/2019 - 2014/0327(NLE))

irriferut

responsabbli :

TRAN

- Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri u dwar sekwestru internazzjonali ta' minuri (riformulazzjoni) (15401/2018 - C8-0023/2019 - 2016/0190(CNS))

irriferut

responsabbli :

JURI

opinjoni :

JURI (Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura), LIBE, FEMM, PETI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Singapore, min-naħa l-oħra (15375/2018 - C8-0026/2019 - 2018/0403(NLE))

irriferut

responsabbli :

AFET

opinjoni :

INTA

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet rilevanti skont l-Artikolu XXI tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi mal-Arġentina, l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu (it-Taipei Ċiniża), il-Kolombja, Kuba, l-Ekwador, Hong Kong iċ-Ċina, l-Indja, il-Ġappun, il-Korea, New Zealand, il-Filippini, l-Iżvizzera, u l-Istati Uniti, dwar l-aġġustamenti ta’ kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni taċ-Ċekja, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja mal-Unjoni Ewropea (14020/2018 - C8-0509/2018 - 2018/0384(NLE))

irriferut

responsabbli :

INTA

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni biex tiġi żgurata konnettività bażika fl-ajru fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni (COM(2018)0893 - C8-0510/2018 - 2018/0433(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

TRAN

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni li jiżguraw il-konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni (COM(2018)0895 - C8-0511/2018 - 2018/0436(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

TRAN

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex ikunu jistgħu jitkomplew il-programmi għall-kooperazzjoni territorjali PEACE IV (l-Irlanda - ir-Renju Unit) u għar-Renju Unit - l-Irlanda (l-Irlanda - l-Irlanda ta' Fuq - l-Iskozja) fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (COM(2018)0892 - C8-0512/2018 - 2018/0432(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

REGI

opinjoni :

BUDG, CONT

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 billi tingħata Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni ta' Esportazzjoni fir-rigward ta' ċerti oġġetti b'użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (COM(2018)0891 - C8-0513/2018 - 2018/0435(COD))

irriferut

responsabbli :

INTA

opinjoni :

AFET

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni (COM(2018)0894 - C8-0514/2018 - 2018/0434(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

TRAN

2) mill-kumitati parlamentari

- Rapport dwar il-valutazzjoni ta' kif il-baġit tal-UE jintuża għar-riforma tas-settur pubbliku (2018/2086(INI)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Brian Hayes (A8-0378/2018)

- Rapport dwar l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (2018/2222(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Marian-Jean Marinescu (A8-0393/2018)

- ***I Rapport Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni (COM(2018)0218 - C8-0159/2018 - 2018/0106(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Virginie Rozière (A8-0398/2018)

- Rapport dwar l-integrazzjoni differenzjata (2018/2093(INI)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Pascal Durand (A8-0402/2018)

- * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2021-2025 li jikkumplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (COM(2018)0437 - C8-0380/2018 - 2018/0226(NLE)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Miapetra Kumpula-Natri (A8-0406/2018)

- * Rapport dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm ta' assistenza għad-dekummissjonar nukleari tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ignalina fil-Litwanja (il-programm Ignalina); u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1369/2013 (COM(2018)0466 - C8-0394/2018 - 2018/0251(NLE)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Rebecca Harms (A8-0413/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f'kuntest transfruntier (COM(2018)0373 - C8-0228/2018 - 2018/0198(COD)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Matthijs van Miltenburg (A8-0414/2018)

- Rapport dwar ir-Rapport Annwali dwar l-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment (2018/2161(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Barbara Kappel (A8-0415/2018)

- Rapport dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-politiki tat-tassazzjoni fl-UE (2018/2095(INI)) - Kumitat ECON - Kumitat FEMM - Rapporteur: Marisa Matias - Rapporteur: Ernest Urtasun (A8-0416/2018)

- Rapport dwar l-Unjoni Bankarja – rapport annwali 2018 (2018/2100(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Nils Torvalds (A8-0419/2018)

- Rapport dwar l-inkjesta strateġika OI/2/2017 tal-Ombudsman dwar it-trasparenza tad-diskussjonijiet leġiżlattivi fil-korpi preparatorji tal-Kunsill tal-UE (2018/2096(INI)) - Kumitat AFCO - Kumitat PETI - Rapporteur: Jo Leinen - Rapporteur: Yana Toom (A8-0420/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "Fiscalis" għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (COM(2018)0443 - C8-0260/2018 - 2018/0233(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Sven Giegold (A8-0421/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 fir-rigward tal-użu ta' għodod u proċessi diġitali fid-dritt soċjetarju (COM(2018)0239 - C8-0166/2018 - 2018/0113(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Tadeusz Zwiefka (A8-0422/2018)

- Rapport dwar ir-Rapport Annwali 2017 tal-BĊE (2018/2101(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Gabriel Mato (A8-0424/2018)

- Rapport dwar is-sewqan awtonomu fit-trasport Ewropew (2018/2089(INI)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Wim van de Camp (A8-0425/2018)

- Rapport dwar l-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Parlament Ewropew (2018/2162(INI)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Angelika Mlinar (A8-0429/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv (COM(2018)0092 - C8-0111/2018 - 2018/0041(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Wolf Klinz (A8-0430/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 u (UE) Nru 346/2013 (COM(2018)0110 - C8-0110/2018 - 2018/0045(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Wolf Klinz (A8-0431/2018)

- * Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE u li tħassar id-Deċiżjoni 96/409/CFSP (COM(2018)0358 - C8-0386/2018 - 2018/0186(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Kinga Gál (A8-0433/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 rigward proċedura ta' verifika relatata mal-ksur ta' regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew (COM(2018)0636 - C8-0413/2018 - 2018/0336(COD)) - Kumitat AFCO - Rapporteurs: Mercedes Bresso, Rainer Wieland (A8-0435/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità taċ-ċittadini tal-Unjoni u tad-dokumenti ta' residenza maħruġa liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' moviment liberu (COM(2018)0212 - C8-0153/2018 - 2018/0104(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Gérard Deprez (A8-0436/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 596/2014 u (UE) Nru 2017/1129 fejn tidħol il-promozzjoni tal-użu ta' swieq tat-tkabbir tal-SMEs (COM(2018)0331 - C8-0212/2018 - 2018/0165(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Anne Sander (A8-0437/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (riformulazzjoni) (COM(2018)0234 - C8-0169/2018 - 2018/0111(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Neoklis Sylikiotis (A8-0438/2018)

- ***I Rapport dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (02360/2018 - C8-0132/2018 - 2018/0900(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Tiemo Wölken (A8-0439/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emendar tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi (COM(2018)0134 - C8-0117/2018 - 2018/0060(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteurs: Esther de Lange, Roberto Gualtieri (A8-0440/2018)

- * Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi programm finanzjarju speċifiku għad-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1368/2013 (COM(2018)0467 - C8-0314/2018 - 2018/0252(NLE)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Peter Kouroumbashev (A8-0441/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli li jiffaċilitaw l-użu ta' informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' ċerti reati kriminali u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI (COM(2018)0213 - C8-0152/2018 - 2018/0105(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Emil Radev (A8-0442/2018)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (12564/2017 - C8-0033/2018 - 2017/0185(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Cristian Dan Preda (A8-0443/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (COM(2018)0238 - C8-0165/2018 - 2018/0112(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Christel Schaldemose (A8-0444/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) (COM(2018)0380 - C8-0231/2018 - 2018/0202(COD)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Maria Arena (A8-0445/2018)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja u l-Perù (2018/2010(INI)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Santiago Fisas Ayxelà (A8-0446/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE (COM(2018)0184 - C8-0149/2018 - 2018/0089(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Geoffroy Didier (A8-0447/2018)

- * Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari li jikkomplementa l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat Euratom (COM(2018)0462 - C8-0315/2018 - 2018/0245(NLE)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Vladimir Urutchev (A8-0448/2018)

- Rapport dwar il-Linji Gwida tal-UE u l-mandat tal-Mibgħut Speċjali tal-UE dwar il-promozzjoni tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin barra l-UE (2018/2155(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Andrzej Grzyb (A8-0449/2018)

- Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-ftehim komprensiv bejn l-UE u r-Repubblika Kirgiża (2018/2118(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Cristian Dan Preda (A8-0450/2018)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/7/UE dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (2018/2056(INI)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Lara Comi (A8-0456/2018)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru Kummerċjali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Amerika Ċentrali (2018/2106(INI)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Reimer Böge (A8-0459/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (COM(2018)0474 - C8-0273/2018 - 2018/0258(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Jiří Pospíšil (A8-0460/2018)

- ***I Rapport Dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) (COM(2018)0382 - C8-0232/2018 - 2018/0206(COD)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Verónica Lope Fontagné (A8-0461/2018)

- Rapport dwar emendi għar-Regoli ta' Proċedura li jaffettwaw: il-Kapitoli 1 u 4 tat-Titolu I; il-Kapitolu 3 tat-Titolu V; il-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu VII; il-Kapitolu 1 tat-Titolu VIII; it-Titolu XII: it-Titolu XIV u l-Anness II (2018/2170(REG)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Richard Corbett (A8-0462/2018)

- *** Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim dwar l-istatus bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija dwar azzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tal-Albanija (10302/2018 - C8-0433/2018 - 2018/0241(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Bodil Valero (A8-0463/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "Dwana" għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana (COM(2018)0442 - C8-0261/2018 - 2018/0232(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Maria Grapini (A8-0464/2018)

- Rapport dwar talbiet ta' restituzzjoni transfruntieri ta' opri tal-arti u beni kulturali misruqa waqt kunflitti armati u gwerer (2017/2023(INI)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Pavel Svoboda (A8-0465/2018)

- Rapport dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2017 (2018/2103(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Josep-Maria Terricabras (A8-0466/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri (COM(2018)0383 - C8-0234/2018 - 2018/0207(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Bodil Valero (A8-0468/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri (COM(2018)0324 - C8-0178/2018 - 2018/0136(COD)) - Kumitat BUDG - Kumitat CONT - Rapporteurs: Eider Gardiazabal Rubial, Petri Sarvamaa (A8-0469/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern (COM(2018)0374 - C8-0229/2018 - 2018/0199(COD)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Pascal Arimont (A8-0470/2018)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (10593/2018 - C8-0463/2018 - 2018/0256(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Marietje Schaake (A8-0471/2018)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f'rabta ma' DS492: Unjoni Ewropea - Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam (10882/2018 - C8-0496/2018 - 2018/0281(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Iuliu Winkler (A8-0472/2018)

- Rapport dwar il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi (2018/2153(INI)) - Kumitat PEST - Rapporteurs: Norbert Lins, Bart Staes (A8-0475/2018)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment (13166/2018 - C8-0464/2018 - 2018/0811(CNS)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Danuta Maria Hübner (A8-0476/2018)

- Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (2018/0256M(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Marietje Schaake (A8-0478/2018)

- Rapport dwar ir-Rapport Annwali 2017 dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI (2018/2151(INI)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Georgi Pirinski (A8-0479/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm InvestEU (COM(2018)0439 - C8-0257/2018 - 2018/0229(COD)) - Kumitat BUDG - Kumitat ECON - Rapporteurs: José Manuel Fernandes, Roberto Gualtieri (A8-0482/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 dwar parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju u parametri referenzjarji b'livell ta' karbonju b'impatt pożittiv (COM(2018)0355 - C8-0209/2018 - 2018/0180(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Neena Gill (A8-0483/2018)


13. Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)

Il-mistoqsija għal tweġiba orali b'dibattitu li ġejja ddaħħlet fl-aġenda (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura)

—   (O-000128/2018) mressqa minn Czesław Adam Siekierski, f'isem il- Kumitat AGRI, lill-Kummissjoni: Il-protezzjoni tar-ross tal-UE (B8-0004/2019).


14. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-pożizzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjoni parzjali ta' Settembru 2018 hija disponibbli fuq is-sit Europarl.


15. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Jannar 2019 (PE 632.677/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Talba tal-Grupp Verts/ALE biex tiddaħħal bħala r-raba' punt tal-aġenda, qabel il-preżentazzjonijiet qosra, diskussjoni komuni dwar iż-żewġ rapporti Marietje Schaake dwar il-Ftehim bejn l-UE u l-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju (A8-0471/2018) u l-Ftehim bejn l-UE u l-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju (Riżoluzzjoni) (A8-0478/2018) (punti 23 u 28 tal-PDOJ). Id-diskussjoni komuni se tikkonsisti minn diskussjoni madwar mejda tal-gruppi politiċi.

Interventi ta' Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifikat it-talba, Maria João Rodrigues f'isem il-Grupp S&D, biex tipproponi li dan id-dibattitu jsir it-Tlieta, Heidi Hautala li taqbel ma' din il-proposta, u Guy Verhofstadt.

B'sejħa tal-ismijiet (143 favur, 153 kontra, 18-il astensjoni) il-Parlament ċaħad it-talba.

It-Tlieta

Talba tal-Grupp S&D bil-għan li jiġu rtirati mill-Aġenda d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-"Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-13 u l-14 ta' Diċembru 2018" (punt 53 tal-PDOJ). Bħala konsegwenza ta' dan, is-seduta tat-Tlieta se tibda fid-9.00.

Il-Parlament approva t-talba.

L-Erbgħa u l-Ħamis

L-ebda modifika proposta.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.


16. Il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi (dibattitu)

Rapport dwar il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi [2018/2153(INI)] - Kumitat speċjali dwar il-proċeduri tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi. Rapporteurs: Norbert Lins u Bart Staes (A8-0475/2018)

Norbert Lins u Bart Staes ippreżentaw ir-rapport.

Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta' Pilar Ayuso f'isem il-Grupp PPE, Simona Bonafè f'isem il-Grupp S&D, Anthea McIntyre f'isem il-Grupp ECR, Frédérique Ries f'isem il-Grupp ALDE, Thomas Waitz f'isem il-Grupp Verts/ALE, Anja Hazekamp f'isem il-Grupp GUE/NGL, Mireille D'Ornano f'isem il-Grupp EFDD, Philippe Loiseau f'isem il-Grupp ENF, Alojz Peterle, Pavel Poc, Arne Gericke, Jan Huitema, Michèle Rivasi, Kateřina Konečná, Piernicola Pedicini u Franc Bogovič.

PRESIDENZA: Evelyne GEBHARDT
Viċi President

Interventi ta' Eric Andrieu, Mark Demesmaeker, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Marc Tarabella, Martin Häusling, Younous Omarjee, Esther Herranz García, Marc Tarabella, James Nicholson, Sofia Ribeiro, Clara Aguilera, Zbigniew Kuźmiuk, Angélique Delahaye, Christel Schaldemose, Seán Kelly, Nicola Caputo, Julie Girling u Ricardo Serrão Santos.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias, Florent Marcellesi, João Ferreira, Igor Šoltes u Louis-Joseph Manscour.

Interventi ta' Vytenis Povilas Andriukaitis, Norbert Lins u Bart Staes.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 12.10 tal-Minuti ta' 16.1.2019.


17. L-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/1/KE dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq [2017/0113(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Cláudia Monteiro de Aguiar (A8-0193/2018)

Cláudia Monteiro de Aguiar ippreżentat ir-rapport.

Intervent ta': Violeta Bulc (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta' Theresa Griffin f'isem il-Grupp S&D, Mark Demesmaeker f'isem il-Grupp ECR, Matthijs van Miltenburg f'isem il-Grupp ALDE, Jakop Dalunde f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marie-Pierre Vieu f'isem il-Grupp GUE/NGL, Daniela Aiuto f'isem il-Grupp EFDD, Isabella De Monte u Nicola Caputo.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias.

Interventi ta' Violeta Bulc u Cláudia Monteiro de Aguiar.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.6 tal-Minuti ta' 15.1.2019.


18. L-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Parlament Ewropew (dibattitu)

Rapport dwar l-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Parlament Ewropew [2018/2162(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Angelika Mlinar (A8-0429/2018)

Angelika Mlinar ippreżentat ir-rapport.

Intervent ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta' José Inácio Faria f'isem il-Grupp PPE, Anna Hedh f'isem il-Grupp S&D, Arne Gericke f'isem il-Grupp ECR, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp ALDE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Dobromir Sośnierz, Linnéa Engström f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Eleonora Forenza f'isem il-Grupp GUE/NGL.

PRESIDENZA: Lívia JÁRÓKA
Viċi President

Interventi ta' Mylène Troszczynski f'isem il-Grupp ENF, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Eleonora Forenza, Bruno Gollnisch Membru mhux affiljat, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, li rrifjuta mistoqsija "karta blu" ta' Dobromir Sośnierz, Liliana Rodrigues, Jadwiga Wiśniewska, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Evelyn Regner, Dobromir Sośnierz, Anna Záborská, Julie Ward, Jadwiga Wiśniewska biex tagħmel mistoqsija "karta blu" lil Julie Ward, Udo Voigt, Michaela Šojdrová u Evelyn Regner.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Ruža Tomašić, Kostadinka Kuneva, Eleftherios Synadinos, Notis Marias, Georgios Epitideios u Julie Ward, b'din tal-aħħar biex tirrispondi għall-mistoqsija "karta blu" mressqa minn Jadwiga Wiśniewska.

Interventi ta' Věra Jourová u Angelika Mlinar.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.10 tal-Minuti ta' 15.1.2019.


19. L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni [2018/2222(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Marian-Jean Marinescu (A8-0393/2018)

Marian-Jean Marinescu għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Flavio Zanonato, Notis Marias, Michèle Rivasi, Stanislav Polčák u John Howarth.

Intervent ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).

PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME
Viċi President

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 8.11 tal-Minuti ta' 15.1.2019.


20. Valutazzjoni ta' kif il-baġit tal-UE jintuża għar-riforma tas-settur pubbliku (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar il-valutazzjoni ta' kif il-baġit tal-UE jintuża għar-riforma tas-settur pubbliku [2018/2086(INI)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Brian Hayes (A8-0378/2018)

(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit)

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Caterina Chinnici, Notis Marias u Ruža Tomašić.

Intervent ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 8.12 tal-Minuti ta' 15.1.2019.


21. Il-linji gwida tal-UE u l-mandat tal-Mibgħut Speċjali tal-UE dwar il-promozzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin barra l-UE (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar il-linji gwida tal-UE u l-mandat tal-Mibgħut Speċjali tal-UE dwar il-promozzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin barra l-UE [2018/2155(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Andrzej Grzyb (A8-0449/2018)

Andrzej Grzyb għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': José Inácio Faria, Notis Marias, Jordi Solé, Csaba Sógor, Marek Jurek, Stanislav Polčák, Michaela Šojdrová, Georgios Epitideios u Alojz Peterle.

Intervent ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 8.13 tal-Minuti ta' 15.1.2019.


22. L-ugwaljanza bejn is-sessi u l-politiki tat-tassazzjoni fl-UE (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-politiki tat-tassazzjoni fl-UE [2018/2095(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteurs: Marisa Matias u Ernest Urtasun (A8-0416/2018)

Marisa Matias u Ernest Urtasun għamlu l-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová, Julie Ward, Notis Marias, Anna Záborská u Stanislav Polčák.

Intervent ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 8.14 tal-Minuti ta' 15.1.2019.


23. Is-sewqan awtonomu fit-trasport Ewropew (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar is-sewqan awtonomu fit-trasport Ewropew [2018/2089(INI)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Wim van de Camp (A8-0425/2018)

Wim van de Camp għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Notis Marias, Georgios Epitideios u Mark Demesmaeker.

Intervent ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 8.5 tal-Minuti ta' 15.1.2019.


24. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:

Iuliu Winkler, Inma Rodríguez-Piñero, Angel Dzhambazki, Ivo Vajgl, Klaus Buchner, Matt Carthy, Dobromir Sośnierz, José Inácio Faria, Giuseppe Ferrandino, Branislav Škripek, Jasenko Selimovic, Jordi Solé, Patrick Le Hyaric, Michaela Šojdrová, Alex Mayer, Notis Marias, Tania González Peñas, László Tőkés, Maria Gabriela Zoană, Paloma López Bermejo, Csaba Sógor, Răzvan Popa, John Howarth u Julie Ward.


25. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 632.677/OJMA).


26. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 22.41.

Klaus Welle

Antonio Tajani

Segretarju Ġenerali

President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Ademov, Adinolfi Isabella, Affronte, Aguilera, Aiuto, Aker, Ali, Alliot-Marie, Anderson Lucy, Anderson Martina, Andersson, Andrieu, Andrikienė, Androulakis, Annemans, Arena, Arnott, Arthuis, Ashworth, Assis, Atkinson, Auken, Ayuso, van Baalen, Bach, Balas, Balčytis, Bashir, Batten, Bayet, Bearder, Becerra Basterrechea, Becker, Beghin, Belder, Belet, Bendtsen, Benito Ziluaga, Beňová, Bergeron, Bettini, Bilbao Barandica, Bizzotto, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Bonafè, Borghezio, Borrelli, Borzan, Boutonnet, Bové, Boylan, Bresso, Briano, Briois, Brok, Buchner, Buda, Bullock, Buşoi, Buzek, Cabezón Ruiz, Cadec, Calvet Chambon, van de Camp, Campbell Bannerman, Caputo, Carthy, Carver, Casa, Caspary, Castaldo, del Castillo Vera, Cavada, Cesa, Charanzová, Chauprade, Childers, Chinnici, Chountis, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Cicu, Cirio, Coburn, Cofferati, Collin-Langen, Collins, Colombier, Comi, Corazza Bildt, Corrao, Costa, Couso Permuy, Cozzolino, Cramer, Czarnecki, Czesak, van Dalen, Dalton, Dalunde, Dance, Danjean, Danti, De Castro, Delahaye, Deli, Delli, Delvaux, Demesmaeker, De Monte, Deprez, Deß, Detjen, Deutsch, Deva, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Dlabajová, Dodds, Dohrmann, Dorfmann, D'Ornano, Durand, Dzhambazki, Eck, Elissen, Engström, Epitideios, Erdős, Ertug, Estaràs Ferragut, Etheridge, Evans, Evi, Fajon, Faria, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrandino, Ferrara, Ferreira, Finch, Fisas Ayxelà, Fitto, Fjellner, Flack, Flanagan, Fleckenstein, Florenz, Forenza, Foster, Fountoulis, Fox, Franz, Freund, Frunzulică, Gabelic, Gahler, Gál, Gambús, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Gehrold, Geier, Gentile, Gerbrandy, Gericke, Geringer de Oedenberg, Giegold, Gierek, Gieseke, Gill Neena, Gill Nathan, Girling, Giuffrida, Goddyn, Goerens, Gollnisch, Gomes, González Peñas, González Pons, Gosiewska, Grammatikakis, de Grandes Pascual, Gräßle, Graswander-Hainz, Gräzin, Griesbeck, Griffin, Grigule-Pēterse, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Guoga, Gyürk, Hadjigeorgiou, Halla-aho, Händel, Hannan, Hansen, Harms, Häusling, Hautala, Hazekamp, Hedh, Henkel, Herranz García, Hetman, Heubuch, Hirsch, Hoc, Hoffmann, Hohlmeier, Hökmark, Hölvényi, Honeyball, Hookem, Hortefeux, Howarth, Hübner, Hudghton, Huitema, Hyusmenova, in 't Veld, Iturgaiz, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jakovčić, Jamet, Járóka, Jáuregui Atondo, Jávor, Jazłowiecka, Ježek, Jiménez-Becerril Barrio, Joly, de Jong, Jongerius, Joulaud, Jurek, Juvin, Kaili, Kalinowski, Kalniete, Kammerevert, Kappel, Karas, Karim, Karski, Katainen, Kaufmann, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Kelly, Khan, Kirton-Darling, Klinz, Kłosowski, Koch, Kofod, Kohlíček, Kohn, Kölmel, Konečná, Köster, Kouloglou, Kouroumbashev, Kovács, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Krupa, Kudrycka, Kuhn, Kukan, Kumpula-Natri, Kuneva, Kuźmiuk, Kyenge, Kyllönen, Kyrkos, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lalonde, Lamassoure, Lambert, Lange, de Lange, Langen, La Via, Lavrilleux, Lechevalier, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Leontini, Le Pen, Liberadzki, Lietz, Lins, Lochbihler, Loiseau, Løkkegaard, Lope Fontagné, López Aguilar, López Bermejo, López-Istúriz White, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lundgren, Łybacka, McAllister, McAvan, McClarkin, McGuinness, McIntyre, Macovei, Malinov, Mamikins, Mandl, Maňka, Manscour, Marcellesi, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin, Martin, Martin, Martusciello, Marusik, Maštálka, Matera, Matias, Mato, Matthews, Maullu, Maurel, Mayer, Mayer, Meissner, Melior, Melo, Michel, Michels, Mihaylova, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mineur, Mitrofanovs, Mizzi, Mlinar, Mobarik, Moi, Moisă, Molnár, Monot, Monteiro de Aguiar, Montel, Moody, Moraes, Morano, Morgano, Morin-Chartier, Müller, Mureşan, Muselier, Nagtegaal, Nagy, Nekov, Neuser, Nica, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, Ní Riada, Noichl, Novakov, Obermayr, O'Flynn, Olbrycht, Omarjee, Ożóg, Packet, Padar, Paet, Pagazaurtundúa, Paksas, Palmer, Panzeri, Paolucci, Papadakis Demetris, Papadakis Kostas, Papadimoulis, Pargneaux, Parker, Paşcu, Pavel, Payne, Pedicini, Peterle, Petersen, Petir, Philippot, Picula, Piecha, Pieper, Pietikäinen, Pimenta Lopes, Piotrowski, Pirinski, Pitera, Plura, Poc, Poche, Polčák, Popa, Post, Preda, Pretzell, Preuß, Procter, Proust, Punset, Quisthoudt-Rowohl, Radev, Radoš, Radtke, Rebega, Reda, Regner, Reid, Reimon, Reintke, Ribeiro, Ries, Riquet, Rivasi, Rochefort, Rodrigues, Rodrigues, Rodríguez-Piñero, Rodust, Rohde, Rolin, Ropė, Rosati, Rozière, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Šadurskis, Saïfi, Sakorafa, Salafranca Sánchez-Neyra, Salini, Sánchez Caldentey, Sander, Sant, dos Santos, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Schaake, Schaffhauser, Schaldemose, Schirdewan, Schlein, Scholz, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulze, Schuster, Schwab, Scott Cato, Scottà, Sehnalová, Selimovic, Sellström, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Siekierski, Silva Pereira, Simon, Simon, Sippel, Škripek, Škrlec, Smith, Smolková, Sógor, Šojdrová, Solé, Šoltes, Sommer, Sonik, Sonneborn, Sośnierz, Staes, Starbatty, Štětina, Stevens, Stihler, Stolojan, Stuger, Sulík, Šulin, Svoboda, Swinburne, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szejnfeld, Tajani, Tănăsescu, Tang, Tannock, Țapardel, Tarabella, Tarand, Taylor, Telička, Terricabras, Theocharous, Thomas, Thun und Hohenstein, Toia, Tőkés, Tomaševski, Tomašić, Tomc, Toom, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Trüpel, Ujazdowski, Ulvskog, Ungureanu, Urbán Crespo, Urtasun, Urutchev, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Vălean, Valenciano, Valero, Valli, Vallina, Vana, Van Bossuyt, Van Brempt, Vandenkendelaere, Van Orden, Vaughan, Vautmans, Vehkaperä, Verheyen, Viegas, Vieu, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Voss, Waitz, Wałęsa, Ward, Weidenholzer, Westphal, Wieland, Wierinck, Wikström, Winberg, Winkler, Winkler, Wiśniewska, Wölken, Woolfe, Záborská, Zagorakis, Zahradil, Zala, Zammit Dimech, Zanni, Zanonato, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zijlstra, Zīle, Žitňanská, Złotowski, Zoană, Zoffoli, Żółtek, Zorrinho, Zovko, Zullo, Zver, Zwiefka

Skużati:

Bilde, Boştinaru, Crowley, Fotyga, Harkin, James, Kadenbach, Morvai, Picierno, Ponga, Spyraki, Tolić, Torres Martínez, Weber, Zimmer

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza