Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "Fiscalis" għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni [COM(2018)0443 - C8-0260/2018- 2018/0233(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sven Giegold (A8-0421/2018)
Molly Scott Cato (flok ir-rapporteur) ippreżentat ir-rapport.
Interventi ta' Manuel dos Santos (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG), Theodor Dumitru Stolojan f'isem il-Grupp PPE, Hugues Bayet f'isem il-Grupp S&D, Ralph Packet f'isem il-Grupp ECR, Dariusz Rosati u Tom Vandenkendelaere.
Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias.
Interventi ta' Günther Oettinger u Molly Scott Cato