Krišjānis Kariņš ġie elett Prim Ministru tal-Latvja fit-23 ta' Jannar 2019.
Il-Parlament jinnota li, skont l-Artikolu 7(1), tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, din il-kariga hija inkompatibbli mal-kwalità ta' Membru tal-Parlament Ewropew. Skont l-Artikolu 3(2), subparagrafu 2, u l-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ħa nota tal-vakanza tas-siġġu li tiddekorri mid-data 23 ta' Jannar 2019.
° ° ° °
L-awtoritajiet kompetenti Latvjani kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Aleksejs Loskutovs minflok Krišjānis Kariņš bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 24 ta' Jannar 2019.
Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tiegħu.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Aleksejs Loskutovs jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.