Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 30 ta' Jannar 2019 - Brussell

13. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kategoriji ta' kunsinni li jkunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera (C(2019)00026 - 2019/2527(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 14 ta' Jannar 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI, AGRI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni li temenda l-Anness V tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prova tal-kwalifiki formali u t-titoli tal-korsijiet tat-taħriġ (C(2019)00078 - 2019/2532(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 16 ta' Jannar 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi l-arranġamenti ddettaljati skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE għall-iskambju sistematiku, b'mezzi elettroniċi, tal-informazzjoni dwar it-trasferiment tal-armi tan-nar fl-Unjoni (C(2019)00111 - 2019/2531(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 16 ta' Jannar 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO, LIBE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

Abbozz ta' att delegat li għalih it-terminu għall-oġġezzjonijiet ġie prorogat:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 rigward ċerti kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni biex jippromwovu l-użu tas-swieq tat-tkabbir tal-SMEs għall-finijiet tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2018)08442 – 2018/2985(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 13 ta' Diċembru 2018

Proroga tat-terminu għal oġġezzjoni: 3 xhur fuq talba tal-Kunsill.

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

Abbozz ta' att delegat li għalih it-terminu ġie modifikat minn 1 għal 3 xhur fuq talba tal-kumitat responsabbli:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-ispeċifikazzjoni tal-format elettroniku uniku għar-rapportar - (C(2018)08612 – 2018/2995(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-17 ta' Diċembru 2018 fuq talba tal-kumitat responsabbli.

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/2251 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data sa meta l-kontropartijiet jistgħu jkomplu japplikaw il-proċediuri ta’ ġestjoni tar-riskju tagħhom għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn CCP - (C(2018)09118 – 2018/3003(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tad-19 ta' Diċembru 2018 fuq talba tal-kumitat responsabbli.

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/592 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1178 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data li fiha l-obbligu tal-ikklirjar jidħol fis-seħħ għal ċerti tipi ta’ kuntratti - (C(2018)09122 – 2018/3004(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tad-19 ta' Diċembru 2018 fuq talba tal-kumitat responsabbli.

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2205, ir-Regolament Delegat (UE) 2016/592 u r-Regolament Delegat (UE) 2016/1178 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar biex jestendu d-dati differiti tal-applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC - (C(2018)09047 – 2018/2998(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tad-19 ta' Diċembru 2018 fuq talba tal-kumitat responsabbli.

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Mejju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza