14. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (D054047/05 - 2019/2525(RPS) - skadenza: 15 ta' April 2019) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għal apparat refriġeranti skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 (D059531/02 - 2019/2538(RPS) - skadenza: 22 ta' April 2019) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tat-(3,3,4,4,5,5,6,6,7,7,8,8,8-tridekafluworoottil) silanetrijol u TDFAs (D059676/02 - 2019/2528(RPS) - skadenza: 16 ta' April 2019) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI opinjoni: ITRE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), JURI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-livelli massimi tar-residwi tal-ażossistrobina, tal-biċiklopiron, tal-klormekwat, taċ-ċiprodinil, tad-difenokonażol, tal-fenpropimorf, tal-fenpirossimat, tal-fluwopiram, tal-fosetil, tal-isoprotijolan, tal-isopirażam, tal-ossamil, tal-protijokonażol, tal-ispinetoram, tat-trifloksistrobin u tat-triflumeżopirim f’ċerti prodotti jew fuqhom (D059755/02 - 2019/2526(RPS) - skadenza: 15 ta' Marzu 2019) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi l-miżuri tranżizzjonali għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti tas-saħħa pubblika għall-importazzjonijiet ta' ikel li jkun fih kemm prodotti li joriġinaw mill-pjanti kif ukoll prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali (prodotti komposti) (D060007/02 - 2019/2540(RPS) - skadenza: 24 ta' April 2019) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI