Is-sessjoni li ġiet interrotta l-Ħamis 17 ta' Jannar 2019 tkompliet.
2. Ftuħ tas-seduta
Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 15.07.
3. Seduta solenni - Jum ta' Tifkira tal-Olokawst
Mit-15.07 sat-15.38 saret seduta solenni tal-Parlament fl-okkażjoni tal-Jum ta' Tifkira tal-Olokawst .
Il-President u Charlotte Knobloch, eks president tal-Kunsill Ċentrali tal-Lhud fil-Ġermanja u viċi president attwali tal-Kungress Ewropew tal-Lhud u tal-Kungress Dinji tal-Lhud, għamlu stqarrijiet.
Il-Parlament osserva minuta silenzju.
Il-Kwartett Girard interpreta l-"Kaddish" ta' Maurice Ravel.
(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit)
4. Tkomplija tas-seduta
Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.49.
5. Dikjarazzjoni tal-Presidenza
Il-President għamel dikjarazzjoni dwar il-Venezwela.
Il-President laqa' lill-familja ta' Pawel Adamowicz, is-sindku ta' Gdansk li ġie nieqes, misjuba fil-gallarija tal-viżitaturi (Il-Parlament laqa' b'applawż lill-viżitaturi).
6. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
° ° ° °
Interventi ta' Cécile Kashetu Kyenge, Krisztina Morvai, Ana Gomes u Max Andersson.
7. Avviż mill-Presidenza
Il-President ħabbar li fil-11 ta' Jannar 2019, il-Kunsill approva abbozz ta' Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tal-ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. Għaldaqstant, il-Parlament irċieva mingħand il-Kunsill talba għall-approvazzjoni ta' din l-abbozz ta' Deċiżjoni.
L-abbozz ta' Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tal-ftehim dwar il-ħruġ intbagħat lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, skont l-Anness V, punt XVIII, paragrafu 3, tar-Regoli ta' Proċedura.
8. Composition du Parlement
Krišjānis Kariņš ġie elett Prim Ministru tal-Latvja fit-23 ta' Jannar 2019.
Il-Parlament jinnota li, skont l-Artikolu 7(1), tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, din il-kariga hija inkompatibbli mal-kwalità ta' Membru tal-Parlament Ewropew. Skont l-Artikolu 3(2), subparagrafu 2, u l-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ħa nota tal-vakanza tas-siġġu li tiddekorri mid-data 23 ta' Jannar 2019.
° ° ° °
L-awtoritajiet kompetenti Latvjani kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Aleksejs Loskutovs minflok Krišjānis Kariņš bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 24 ta' Jannar 2019.
Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tiegħu.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Aleksejs Loskutovs jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.
9. Verifika tal-kredenzjali
Fuq proposta tal-Kumitat JURI, il-Parlament iddeċieda li jikkonvalida l-mandat ta' Bogusław Sonik, Ralph Packet u Kārlis Šadurskis b'effett mid-data 20, 22 u 28 ta' Novembru 2018, rispettivament.
10. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Fuq talba tal-Gruppi PPE u EFDD, il-Parlament irratifika l-ħatriet li ġejjin:
Kumitat PECH: Nathan Gill minflok Patrick O'Flynn
Kumitat ITRE: Aleksejs Loskutovs
Kumitat Speċjali dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa: Aleksejs Loskutovs
11. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet ta' għadd ta' kumitati li jniedu negozjati interistituzzjonali, abbażi tar-rapporti li ġejjin (bi qbil mal-Artikolu 69c(1) tar-Regoli ta' Proċedura):
— Kumitat PECH: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1386/2007 (COM(2018)0577 - C8-0391/2018 – 2018/0304(COD)). Rapporteur: Ricardo Serrão Santos (A8-0017/2019);
— Kumitat IMCO: Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993, id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur (COM(2018)0185 - C8-0143/2018 – 2018/0090(COD). Rapporteur: Daniel Dalton (A8-0029/2019);
— Kumitat TRAN: Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE fir-rigward tal-limitu ta’ żmien għall-implimentazzjoni tar-regoli speċjali dwar it-tul massimu fil-każ ta’ kabini li jagħtu prestazzjoni ajrudinamika, effiċjenza enerġetika u prestazzjoni tas-sikurezza mtejba (COM(2018)0275 - C8-0195/2018 – 2018/0130(COD)). Rapporteure: Karima Delli (A8-0042/2019);
— Kumitat JURI: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 469/2009 dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (COM(2018)0317 - C8-0217/2018 – 2018/0161(COD)). Rapporteur: Luis de Grandes Pascual (A8-0039/2019);
— Kumitat JURI: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (COM(2018)0365 - C8-0383/2018 – 2018/0189(COD)). Rapporteure: Virginie Rozière (A8-0036/2019);
— Kumitat LIBE: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ netwerk Ewropew bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni (riformulazzjoni) (COM(2018)0303 – C8-0184/2018 – 2018/0153(COD)). Rapporteure: Cécile Kashetu Kyenge (A8-0040/2019);
— Kumitat LIBE: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (COM(2018)0745 – C8-0483/2018 – 2018/0390(COD)). Rapporteur: Claude Moraes (A8-0047/2019).
Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, avant minuit de demain, li deċiżjoni ta' kumitat għal dħul f'negozjati titqiegħed għall-votazzjoni.
In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.
12. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 30 ta' Jannar 2019 ser jiffirma l-att li ġej, adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 (00071/2018/LEX - C8-0038/2019 - 2018/0158(COD))
13. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kategoriji ta' kunsinni li jkunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera (C(2019)00026 - 2019/2527(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 14 ta' Jannar 2019
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI, AGRI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni li temenda l-Anness V tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prova tal-kwalifiki formali u t-titoli tal-korsijiet tat-taħriġ (C(2019)00078 - 2019/2532(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 16 ta' Jannar 2019
irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi l-arranġamenti ddettaljati skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE għall-iskambju sistematiku, b'mezzi elettroniċi, tal-informazzjoni dwar it-trasferiment tal-armi tan-nar fl-Unjoni (C(2019)00111 - 2019/2531(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 16 ta' Jannar 2019
irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO, LIBE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
Abbozz ta' att delegat li għalih it-terminu għall-oġġezzjonijiet ġie prorogat:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 rigward ċerti kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni biex jippromwovu l-użu tas-swieq tat-tkabbir tal-SMEs għall-finijiet tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2018)08442 – 2018/2985(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 13 ta' Diċembru 2018
Proroga tat-terminu għal oġġezzjoni: 3 xhur fuq talba tal-Kunsill.
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
Abbozz ta' att delegat li għalih it-terminu ġie modifikat minn 1 għal 3 xhur fuq talba tal-kumitat responsabbli:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-ispeċifikazzjoni tal-format elettroniku uniku għar-rapportar - (C(2018)08612 – 2018/2995(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-17 ta' Diċembru 2018 fuq talba tal-kumitat responsabbli.
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/2251 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data sa meta l-kontropartijiet jistgħu jkomplu japplikaw il-proċediuri ta’ ġestjoni tar-riskju tagħhom għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn CCP - (C(2018)09118 – 2018/3003(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tad-19 ta' Diċembru 2018 fuq talba tal-kumitat responsabbli.
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/592 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1178 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data li fiha l-obbligu tal-ikklirjar jidħol fis-seħħ għal ċerti tipi ta’ kuntratti - (C(2018)09122 – 2018/3004(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tad-19 ta' Diċembru 2018 fuq talba tal-kumitat responsabbli.
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2205, ir-Regolament Delegat (UE) 2016/592 u r-Regolament Delegat (UE) 2016/1178 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar biex jestendu d-dati differiti tal-applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC - (C(2018)09047 – 2018/2998(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tad-19 ta' Diċembru 2018 fuq talba tal-kumitat responsabbli.
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
14. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (D054047/05 - 2019/2525(RPS) - skadenza: 15 ta' April 2019) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għal apparat refriġeranti skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 (D059531/02 - 2019/2538(RPS) - skadenza: 22 ta' April 2019) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tat-(3,3,4,4,5,5,6,6,7,7,8,8,8-tridekafluworoottil) silanetrijol u TDFAs (D059676/02 - 2019/2528(RPS) - skadenza: 16 ta' April 2019) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI opinjoni: ITRE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), JURI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-livelli massimi tar-residwi tal-ażossistrobina, tal-biċiklopiron, tal-klormekwat, taċ-ċiprodinil, tad-difenokonażol, tal-fenpropimorf, tal-fenpirossimat, tal-fluwopiram, tal-fosetil, tal-isoprotijolan, tal-isopirażam, tal-ossamil, tal-protijokonażol, tal-ispinetoram, tat-trifloksistrobin u tat-triflumeżopirim f’ċerti prodotti jew fuqhom (D059755/02 - 2019/2526(RPS) - skadenza: 15 ta' Marzu 2019) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi l-miżuri tranżizzjonali għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti tas-saħħa pubblika għall-importazzjonijiet ta' ikel li jkun fih kemm prodotti li joriġinaw mill-pjanti kif ukoll prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali (prodotti komposti) (D060007/02 - 2019/2540(RPS) - skadenza: 24 ta' April 2019) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
15. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (21105/1/2018 - C8-0031/2019 - 2018/0427(NLE))
irriferut
responsabbli :
AFCO
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 940/2014/UE f'dak li jirrigwarda l-prodotti li huma eliġibbli għal eżenzjoni jew tnaqqis tad-dazju tal-baħar (COM(2018)0825 - C8-0034/2019 - 2018/0417(CNS))
irriferut
responsabbli :
REGI
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni ta' dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (15832/2018 - C8-0035/2019 - 2018/0316(NLE))
irriferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
BUDG, CONT
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2403 f'dak li għandu x'jaqsam mal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni (COM(2019)0049 - C8-0036/2019 - 2019/0010(COD)) F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
PECH
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta' ċerti regoli relatati mal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (COM(2019)0048 - C8-0037/2019 - 2019/0009(COD)) F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
PECH
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' miżuri ta' kontinġenza fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali wara l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea (COM(2019)0053 - C8-0039/2019 - 2019/0019(COD))
irriferut
responsabbli :
EMPL
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula d-dispożizzjonijiet għat-tkomplija tal-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim li huma għaddejjin taħt il-programm Erasmus+ fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ("ir-Renju Unit") mill-Unjoni Ewropea (COM(2019)0065 - C8-0040/2019 - 2019/0030(COD)) F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
CULT
2) mill-kumitati parlamentari
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta' dokumenti) (COM(2018)0379 - C8-0243/2018 - 2018/0204(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Sergio Gaetano Cofferati (A8-0001/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 fir-rigward tal-konverżjonijiet, tal-mergers u tad-diviżjonijiet transkonfinali (COM(2018)0241 - C8-0167/2018 - 2018/0114(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Evelyn Regner (A8-0002/2019)
- Rapport dwar ir-Rapport Annwali 2017 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Ġlieda kontra l-frodi (2018/2152(INI)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Marian-Jean Marinescu (A8-0003/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (COM(2018)0567 - C8-0384/2018 - 2018/0298(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Isabella De Monte (A8-0004/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran (COM(2018)0115 - C8-0104/2018 - 2018/0050(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Clara Eugenia Aguilera García (A8-0005/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ambjent għal Single Window Marittima Ewropea u li jħassar id-Direttiva 2010/65/UE (COM(2018)0278 - C8-0193/2018 - 2018/0139(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Deirdre Clune (A8-0006/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara u li tħassar id-Direttiva 2005/45/KE (COM(2018)0315 - C8-0205/2018 - 2018/0162(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Dominique Riquet (A8-0007/2019)
- ***I Rapport Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/96/KE dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq (COM(2018)0274 - C8-0196/2018 - 2018/0129(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Daniela Aiuto (A8-0008/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1316/2013 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (COM(2018)0568 - C8-0385/2018 - 2018/0299(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Karima Delli (A8-0009/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-komputerizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta' oġġetti soġġetti għas-sisa (riformulazzjoni) (COM(2018)0341 - C8-0215/2018 - 2018/0187(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Kay Swinburne (A8-0010/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (COM(2017)0538 - C8-0317/2017 - 2017/0232(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteurs: Pervenche Berès, Othmar Karas (A8-0011/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u d-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (COM(2017)0537 - C8-0318/2017 - 2017/0231(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteurs: Pervenche Berès, Othmar Karas (A8-0012/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea); ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol); ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq); ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju; ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej; ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji; ir-Regolament (UE) Nru 2015/760 dwar il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil; ir-Regolament (UE) Nru 2016/1011 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment; ir-Regolament (UE) 2017/1129 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat; u d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (COM(2017)0536 - C8-0319/2017 - 2017/0230(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteurs: Pervenche Berès, Othmar Karas (A8-0013/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-adattament tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza fl-enerġija [kif emendata mid-Direttiva 2018/XXX/UE] u r-Regolament (UE) 2018/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija], minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (COM(2018)0744 - C8-0482/2018 - 2018/0385(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Miroslav Poche (A8-0014/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-razzjonalizzazzjoni ta' miżuri li jmexxu 'l quddiem it-twettiq tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (COM(2018)0277 - C8-0192/2018 - 2018/0138(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Dominique Riquet (A8-0015/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward ta' ċerti regoli dwar il-pagamenti diretti u l-appoġġ għall-iżvilupp rurali rigward is-snin 2019 u 2020 (COM(2018)0817 - C8-0506/2018 - 2018/0414(COD)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Czesław Adam Siekierski (A8-0018/2019)
- Rapport dwar l-istat tad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa (2018/2094(INI)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Ramón Jáuregui Atondo (A8-0427/2018)
- * Rapport dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija, Ċipru, il-Kroazja, il-Lussemburgu, il-Portugall, ir-Rumanija u r-Renju Unit biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tar-Repubblika Dominicana mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2018)0526 - C8-0376/2018 - 2018/0276(NLE)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Mary Honeyball (A8-0451/2018)
- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija taċċetta, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Ekwador u tal-Ukrajna mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2018)0527 - C8-0375/2018 - 2018/0277(NLE)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Mary Honeyball (A8-0452/2018)
- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija u lir-Rumanija jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Honduras mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2018)0528 - C8-0377/2018 - 2018/0278(NLE)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Mary Honeyball (A8-0457/2018)
- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija, il-Lussemburgu u r-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Belarussja u l-Użbekistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2018)0530 - C8-0378/2018 - 2018/0279(NLE)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Mary Honeyball (A8-0458/2018)
- Rapport dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina (SWD(2018)0155 - 2018/2148(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Cristian Dan Preda (A8-0467/2018)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi, li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi (COM(2018)0209 - C8-0151/2018 - 2018/0103(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Andrejs Mamikins (A8-0473/2018)
- Rapport dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni (2018/2102(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Michel Reimon (A8-0474/2018)
- ***I Rapport dwar proposta għal regolament li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (COM(2018)0378 - C8-0242/2018 - 2018/0203(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Emil Radev (A8-0477/2018)
- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea, inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea fuq naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija") (COM(2018)0461 - C8-0379/2018 - 2018/0244(CNS)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Maurice Ponga (A8-0480/2018)
16. Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsijiet li ġejjin b'talba għal tweġiba orali segwita minn dibattitu ddaħħlu fl-aġenda (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):
— O-000123/2019 mressqa minn Iratxe García Pérez, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Evelyn Regner u Anna Hedh, f'isem il-Grupp S&D, lill-Kunsill: Proposta għal direttiva dwar in-nisa fuq bordijiet (B8-0002/2019)
— O-000125/2019 mressqa minn Heidi Hautala u Terry Reintke, f'isem il-Grupp Verts/ALE, lill-Kunsill: Proposta għal direttiva dwar il-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji (B8-0003/2019).
17. Ordni tal-ħidma
L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Jannar II 2019 (PE 634.202/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):
L-Erbgħa
Talba tal-Grupp PPE biex tiddaħħal, bħala r-raba' punt tal-aġenda, dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà dwar is-"Sitwazzjoni fil-Venezwela", segwit minn ċiklu wieħed ta' interventi mill-kelliema tal-gruppi politiċi. Id-dibattitu jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li jitressqu għall-votazzjoni l-Ħamis.
Intervent ta': Esteban González Pons f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifika t-talba.
Il-Parlament approva t-talba.
Dawn l-iskadenzi għat-tressiq ġew stabbiliti:
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: l-Erbgħa 30 ta' Jannar 2019 fl-16:00.
Emendi tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni u l-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni: l-Erbgħa 30 ta' Jannar 2019 fit-20:00.
Emendi tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni komuni: l-Erbgħa 30 ta' Jannar 2019 fid-21:00.
Talbiet għal votazzjonijiet separati u talbiet għal votazzjonijiet maqsuma: il-Ħamis 31 ta' Jannar 2019 fit-08:00.
Talba tal-Grupp S&D biex jipposponi għal sessjoni parzjali sussegwenti d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar "L-istat tan-negozjati kummerċjali Stati Uniti-UE"(punt 42 tal-PDOJ).
Interventi ta' Bernd Lange f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifika t-talba, u Ska Keller, kontra t-talba.
Wara dan ir-rifjut, il-gruppi politiċi talbu dawn iż-żewġ bidliet:
- id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar "L-istat tan-negozjati kummerċjali Stati Uniti-UE" tiddaħħal fis-6 punt tal-aġenda, wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar "L-aħħar żviluppi fir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat tal-istrett bejn iċ-Ċina u t-Tajwan" (punt 41 tal-PDOJ);
- id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar "NAIADES II – programm ta' azzjoni għall-appoġġ tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni" (punt 14 tal-PDOJ) tiġi posposta għal sessjoni parzjali sussegwenti.
Il-Parlament qabel ma' dawn it-talbiet.
° ° ° °
Il-Ħamis
Talba tal-Grupp EFDD biex tiġi posposta għal sessjoni parzjali sussegwenti l-votazzjoni dwar ir-rapport ta' Richard Corbett dwar "Emendi tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament" (A8-0462/2018) (point 39 tal-PDOJ).
Barra minn hekk, il-Grupp Verts/ALE talab li dan ir-rapport, li ddaħħal fil-ħin għall-votazzjoni mingħajr dibattitu, isir dibattitu dwaru matul il-perjodu tas-sessjoni parzjali ta' Frar 2019.
Interventi ta' Fabio Massimo Castaldo f'isem il-Grupp EFDD, li ġġustifika t-talba, Richard Corbett (rapporteur), kontra t-talba, u Ska Keller, li ċċarat it-talba tal-grupp tagħha.
B'sejħa tal-ismijiet (favur - 168, kontra - 209, astensjonijiet - 9), il-Parlament irrifjuta t-talba tal-Grupp EFDD.
Intervent ta':Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, li talbet, wara r-rifjut tat-talba tal-Grupp EFDD, li d-dibattitu jsir matul is-sessjoni parzjali attwali.
Wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, il-President ippropona l-emendi li ġejjin.
Emendi rigward l-Erbgħa:
- id-dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea" ser jiddaħħal bħala l-ewwel punt tal-aġenda, segwit minn diskussjoni bejn il-gruppi politiċi;
- id-diskussjoni komuni dwar "Il-bilanċ bejn il-ġeneri" (punti 37 u 38 tal-PDOJ) titmexxa għall-Ħamis.
Emendi rigward il-Ħamis:
- id-diskussjoni komuni dwar "Il-bilanċ bejn il-ġeneri" tiddaħħal bħala l-ewwel punt tal-aġenda;
- id-diskussjoni tiġi segwita minn dibattitu mal-Prim Ministru tal-Finlandja, Juha Sipilä, dwar il-Ġejjieni tal-Ewropea, mill-10:00 sa 12:00;
- il-ħin tal-votazzjonijiet jibda f'12:00;
- il-punti li ġejjin jiddaħħlu direttament fil-ħin tal-votazzjonijiet: ir-rapport ta' Czesław Adam Siekierski dwar "Ċerti regoli dwar il-pagamenti diretti u l-appoġġ għall-iżvilupp rurali rigward is-snin 2019 u 2020" (A8-0018/2019), l-oġġezzjoni skont l-Artikolu 106 dwar "Żrieragħ tal-lift modifikati ġenetikament Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3", l-oġġezzjoni skont l-Artikolu 106 dwar "Qamħirrum ġenetikament modifikat 5307 (SYN-Ø53Ø7-1)", l-oġġezzjoni skont l-Artikolu 106 dwar "Qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87403 (MON-874Ø3-1)" u l-oġġezzjoni skont l-Artikolu 106 dwar "Qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × MON 15985".
Il-Parlament qabel ma' dawn l-emendi.
° ° ° °
Intervent ta': Cécile Kashetu Kyenge, li kkumentat dwar l-intervent preċedenti tagħha (punt 6 tal-Minuti ta' 30.1.2019) u t-talba f’isem il-Grupp tagħha biex fl-aġenda jiġi inkluż dibattitu dwar Sea Watch (Il-President wieġeb li, skont ir-Regoli ta’ Proċedura, kellu jirċievi din it-talba tal-inqas siegħa qabel il-ftuħ tas-sessjoni parzjali).
L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.
18. Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE (2019/2539(RSP))
Melania Ciot (President fil-kariga tal-Kunsill) u Jean-Claude Juncker (President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Il-President enfasizzat l-importanza għall-Parlament li jitħarsu d-drittijiet taċ-ċittadini.
Intervent ta': Michel Barnier (Kap Negozjatur).
Intervent ta': Elmar Brok f'isem il-Grupp PPE.
PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS Viċi President
Interventi ta' Roberto Gualtieri f'isem il-Grupp S&D, Ashley Fox f'isem il-Grupp ECR, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Molly Scott Cato f'isem il-Grupp Verts/ALE, Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Nigel Farage f'isem il-Grupp EFDD, Gerard Batten f'isem il-Grupp ENF u Steven Woolfe Membru mhux affiljat.
Intervent ta': Melania Ciot.
Id-dibattitu ngħalaq.
PRESIDENZA: Bogusław LIBERADZKI Viċi President
19. Il-ġlieda kontra l-ambjent ta' mibegħda u vjolenza fiżika kontra detenturi ta' mandat eletti b'mod demokratiku (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Il-ġlieda kontra l-ambjent ta' mibegħda u vjolenza fiżika kontra detenturi ta' mandat eletti b'mod demokratiku (2019/2534(RSP))
Julian King (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Interventi ta' Janusz Lewandowski f'isem il-Grupp PPE, Tanja Fajon f'isem il-Grupp S&D, Ryszard Antoni Legutko f'isem il-Grupp ECR, Ana Miranda f'isem il-Grupp Verts/ALE, Kostadinka Kuneva f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jörg Meuthen f'isem il-Grupp EFDD, Nicolas Bay f'isem il-Grupp ENF, u Eleftherios Synadinos Membru mhux affiljat.
Id-dibattitu ngħalaq.
20. L-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-Ungerija, żviluppi minn Settembru 2018 (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: L-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-Ungerija, żviluppi minn Settembru 2018 (2019/2517(RSP))
Melania Ciot (President fil-kariga tal-Kunsill) u Frans Timmermans (l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta' Tamás Deutsch f'isem il-Grupp PPE, Josef Weidenholzer f'isem il-Grupp S&D, Anders Primdahl Vistisen f'isem il-Grupp ECR, Judith Sargentini f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marie-Christine Vergiat f'isem il-Grupp GUE/NGL, Olaf Stuger f'isem il-Grupp ENF, Zoltán Balczó Membru mhux affiljat, Barbara Kudrycka, Tibor Szanyi, Benedek Jávor, Malin Björk, Krisztina Morvai, Ingeborg Gräßle, Péter Niedermüller, Christophe Hansen, Carlos Coelho u Kinga Gál.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Csaba Sógor, Juan Fernando López Aguilar, Ruža Tomašić, Georgios Epitideios, László Tőkés u Marek Jurek.
Interventi ta' Frans Timmermans u Melania Ciot.
PRESIDENZA: Heidi HAUTALA Viċi President
Id-dibattitu ngħalaq.
21. Is-sitwazzjoni fil-Venezwela (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Is-sitwazzjoni fil-Venezwela (2018/2543(RSP))
Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.
Interventi ta' Esteban González Pons f'isem il-Grupp PPE, u Ramón Jáuregui Atondo f'isem il-Grupp S&D.
PRESIDENZA: Pavel TELIČKA Viċi President
Interventi ta'Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Javier Nart f'isem il-Grupp ALDE, Molly Scott Cato f'isem il-Grupp Verts/ALE, João Pimenta Lopes f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jonathan Arnott f'isem il-Grupp EFDD, Jonathan Arnott f'isem il-Grupp EFDD, Jean-Luc Schaffhauser f'isem il-Grupp ENF, u Konstantinos Papadakis Membru mhux affiljat.
Intervent ta': Christos Stylianides.
Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.
22. L-aħħar żviluppi fir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat tal-istrett bejn iċ-Ċina u t-Tajwan (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: L-aħħar żviluppi fir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat tal-istrett bejn iċ-Ċina u t-Tajwan (2019/2529(RSP))
Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.
Interventi ta' Laima Liucija Andrikienė f'isem il-Grupp PPE, Jo Leinen f'isem il-Grupp S&D, Bas Belder f'isem il-Grupp ECR, Johannes Cornelis van Baalen f'isem il-Grupp ALDE, Reinhard Bütikofer f'isem il-Grupp Verts/ALE, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Georgios Epitideios Membru mhux affiljat, Cristian Dan Preda, Nicola Caputo, Eduard Kukan, Ana Gomes, Christophe Hansen, Werner Langen, Tunne Kelam u Agustín Díaz de Mera García Consuegra.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta':José Inácio Faria, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Michaela Šojdrová, Csaba Sógor u Jordi Solé.
Intervent ta': Christos Stylianides.
Id-dibattitu ngħalaq.
23. L-istat tan-negozjati kummerċjali Stati Uniti-UE (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: L-istat tan-negozjati kummerċjali Stati Uniti-UE (2019/2530(RSP))
Cecilia Malmström (Membru tal-Kummissjoni) għamlet id-dikjarazzjoni.
Interventi ta' Christophe Hansen f'isem il-Grupp PPE, Maria Arena f'isem il-Grupp S&D, Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, Yannick Jadot f'isem il-Grupp Verts/ALE, Emma McClarkin f'isem il-Grupp ECR, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Tiziana Beghin f'isem il-Grupp EFDD, France Jamet f'isem il-Grupp ENF, Danuta Maria Hübner, Aleksander Gabelic, Reinhard Bütikofer, Marcus Pretzell u Ana Gomes.
Intervent ta': Cecilia Malmström.
Id-dibattitu ngħalaq.
24. L-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem tad-dominju tal-ogħla livell .eu***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem tad-Dominju tal-Ogħla Livell .eu u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004 [COM(2018)0231 - C8-0170/2018 - 2018/0110(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Fredrick Federley (A8-0394/2018)
Interventi ta' Gunnar Hökmark f'isem il-Grupp PPE, u Carlos Zorrinho f'isem il-Grupp S&D.
PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS Viċi President
Interventi ta' Ralph Packet f'isem il-Grupp ECR, Benedek Jávor f'isem il-Grupp Verts/ALE, Paloma López Bermejo f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Christelle Lechevalier f'isem il-Grupp ENF.
25. Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni (dibattitu)
Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni [2018/2102(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Michel Reimon (A8-0474/2018)
Interventi ta' Adam Szejnfeld (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat INTA), Gunnar Hökmark f'isem il-Grupp PPE, Tibor Szanyi f'isem il-Grupp S&D, Stanisław Ożóg f'isem il-Grupp ECR, Nils Torvalds f'isem il-Grupp ALDE, Paloma López Bermejo f'isem il-Grupp GUE/NGL, Barbara Kappel f'isem il-Grupp ENF, Andreas Schwab, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Jacques Colombier u Jonás Fernández.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Maria Grapini u Ruža Tomašić.
26. Rapport Annwali 2017 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - il-ġlieda kontra l-frodi (dibattitu)
Rapport dwar ir-Rapport Annwali 2017 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - il-ġlieda kontra l-frodi [2018/2152(INI)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Marian-Jean Marinescu (A8-0003/2019)
Interventi ta' Tomáš Zdechovský f'isem il-Grupp PPE, Inés Ayala Sender f'isem il-Grupp S&D, Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp ECR, Nedzhmi Ali f'isem il-Grupp ALDE, Benedek Jávor f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Caterina Chinnici.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Maria Grapini, Ruža Tomašić u Juan Fernando López Aguilar.
Interventi ta' Günther Oettinger u Marian-Jean Marinescu.
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Strateġiji għall-integrazzjoni tar-Rom (2019/2509(RSP))
Melania Ciot (President fil-kariga tal-Kunsill) u Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
PRESIDENZA: Zdzisław KRASNODĘBSKI Viċi President
Interventi ta' Lívia Járóka f'isem il-Grupp PPE, Soraya Post f'isem il-Grupp S&D, Romeo Franz f'isem il-Grupp Verts/ALE, Martina Anderson f'isem il-Grupp GUE/NGL, Juan Fernando López Aguilar, Jasenko Selimovic, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Grapini, Dietmar Köster, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Lívia Járóka, Julie Ward u Ana Gomes, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Romeo Franz.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': José Inácio Faria, Notis Marias, James Carver, Stanislav Polčák, Ruža Tomašić, Csaba Sógor u Cristian-Silviu Buşoi.
Interventi ta' Věra Jourová u Melania Ciot.
Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni:is-sessjoni parzjali li jmiss.
28. Emendi tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament (dibattitu)
Rapport dwar l-emendi għar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament li jaffettwaw il-Kapitoli 1 u 4 tat-Titolu I; il-Kapitolu 3 tat-Titolu V; il-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu VII; il-Kapitolu 1 tat-Titolu VIII; it-Titolu XIV u l-Anness II [2018/2170(REG)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Richard Corbett (A8-0462/2018)
Interventi ta' György Schöpflin f'isem il-Grupp PPE, Jo Leinen f'isem il-Grupp S&D, Marek Jurek f'isem il-Grupp ECR, Max Andersson f'isem il-Grupp Verts/ALE, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Fabio Massimo Castaldo f'isem il-Grupp EFDD, Rainer Wieland, Paulo Rangel u Elisabeth Morin-Chartier.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Maria Grapini, Notis Marias u Dobromir Sośnierz.
29. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:
Cristian-Silviu Buşoi, Rosa Estaràs Ferragut, Daniel Buda, Tibor Szanyi, Rory Palmer, Notis Marias, Izaskun Bilbao Barandica, Ana Miranda, João Pimenta Lopes, José Inácio Faria, Maria Grapini, Luke Ming Flanagan, Konstantinos Papadakis, László Tőkés, Julie Ward, Kostas Chrysogonos, Csaba Sógor, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Martina Anderson, Sotirios Zarianopoulos, Anna Záborská, Andrejs Mamikins, Stanislav Polčák u Michaela Šojdrová.
30. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 634.202/OJJE).