Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 31 ta' Jannar 2019 - Brussell

9. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit Europarl.


9.1. Emendi tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament (votazzjoni)

Rapport dwar l-emendi għar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament li jaffettwaw il-Kapitoli 1 u 4 tat-Titolu I; il-Kapitolu 3 tat-Titolu V; il-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu VII; il-Kapitolu 1 tat-Titolu VIII; it-Titolu XIV u l-Anness II [2018/2170(REG)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Richard Corbett (A8-0462/2018)

(Maġġoranza tal-Membri komponenti tal-Parlament meħtieġa għat-test tar-Regolament, maġġoranza sempliċi meħtieġa għall-interpretazzjonijiet u l-Proposta għal Deċiżjoni.)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
Votazzjoni sigrieta dwar l-emenda 20 (it-tieni u t-tielet parti ) (
Artikolu 180a tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti (Anness 1 u Anness 2 tal-Minuti ta' 31.1.2019)

Interventi ta', qabel il-votazzjoni, Fabio Massimo Castaldo f'isem il-Grupp EFDD, biex titressaq talba, skont l-Artikolu 188(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sabiex isir riferiment lill-kumitat, u Richard Corbett (rapporteur), biex jopponi din it-talba.

B'VE (favur - 228, kontra - 402, astensjonijiet - 15), il-Parlament irrifjuta t-talba.

TEST TAR-REGOLI TA' PROĊEDURA

Emendi adottati: Anness "Riżultati tal-votazzjonijiet", punt 1

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0046)

L-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss bl-eċċezzjoni tal-emendi li jdaħħlu t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3e fl-Artikolu 11 u l-punti 6 u 7 tal-Kodiċi ta' Mġiba Xierqa għall-Membri tal-Parlament Ewropew fil-Qadi ta' Dmirijiethom kif ukoll l-emendi għall-Artikoli 196 u 204, li jidħlu fis-seħħ mal-ftuħ tal-ewwel sessjoni parzjali wara l-elezzjonijiet li jmiss tal-Parlament Ewropew li se jsiru fl-2019;.

Interventi

Elmar Brok, biex jagħmel stqarrija personali, wara l-proposti ta' William (The Earl of) Dartmouth (punt 8 tal-Minuti ta' 31.1.2019).


9.2. Kodiċi Doganali tal-Unjoni: l-inklużjoni tal-muniċipalità ta' Campione d'Italia u l-ilmijiet Taljani tal-Lag ta' Lugano fit-territorju doganali tal-Unjoni ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni [COM(2018)0259 - C8-0180/2018 - 2018/0123(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Jasenko Selimovic (A8-0368/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

FTEHIM PROVIŻORJU

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0047)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


9.3. Regoli dwar il-pagamenti diretti u l-appoġġ għall-iżvilupp rurali rigward is-snin 2019 u 2020 ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward ta' ċerti regoli dwar il-pagamenti diretti u l-appoġġ għall-iżvilupp rurali rigward is-snin 2019 u 2020 [COM(2018)0817 - C8-0506/2018 - 2018/0414(COD)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Czesław Adam Siekierski (A8-0018/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0048)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


9.4. Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija, Ċipru, il-Kroazja, il-Lussemburgu, il-Portugall, ir-Rumanija u r-Renju Unit biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tar-Repubblika Dominicana mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri * (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija, Ċipru, il-Kroazja, il-Lussemburgu, il-Portugall, ir-Rumanija u r-Renju Unit biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tar-Repubblika Dominicana mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri [COM(2018)0526 - C8-0376/2018 - 2018/0276(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Mary Honeyball (A8-0451/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0049)


9.5. Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija taċċetta, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Ekwador u tal-Ukrajna mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri * (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija taċċetta, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Ekwador u tal-Ukrajna mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri [COM(2018)0527 - C8-0375/2018 - 2018/0277(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Mary Honeyball (A8-0452/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0050)


9.6. Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija u lir-Rumanija jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Honduras mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri* (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija u lir-Rumanija jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Honduras mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri [COM(2018)0528 - C8-0377/2018 - 2018/0278(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Mary Honeyball (A8-0457/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0051)


9.7. Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija, il-Lussemburgu u r-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Belarussja u l-Użbekistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri * (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Awstrija, il-Lussemburgu u r-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Belarussja u l-Użbekistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri [COM(2018)0530 - C8-0378/2018 - 2018/0279(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Mary Honeyball (A8-0458/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0052)


9.8. Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea, inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea fuq naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija") * (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea, inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea fuq naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija") [COM(2018)0461 - C8-0379/2018 - 2018/0244(CNS)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Maurice Ponga (A8-0480/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0053)


9.9. Rapport Annwali 2017 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - il-ġlieda kontra l-frodi (votazzjoni)

Rapport dwar ir-Rapport Annwali 2017 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - il-ġlieda kontra l-frodi [2018/2152(INI)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Marian-Jean Marinescu (A8-0003/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0054)


9.10. L-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem tad-dominju tal-ogħla livell .eu ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem tad-Dominju tal-Ogħla Livell .eu u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004 [COM(2018)0231 - C8-0170/2018 - 2018/0110(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Fredrick Federley (A8-0394/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0055)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


9.11. Armonizzazzjoni tal-introjtu nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq (ir-Regolament dwar l-ING) ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-introjtu nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq ("ir-Regolament dwar l-ING") li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 [COM(2017)0329 - C8-0192/2017 - 2017/0134(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Roberto Gualtieri (A8-0009/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0056)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


9.12. Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106: lift ġenetikament modifikat Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3 (D059688) (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat ENVI, skont l-Artikolu 106(2)(3) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/327/UE fir-rigward tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq tal-għalf li fih jew li jikkonsisti minn żrieragħ tal-lift modifikati ġenetikament Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D059688/02 - 2019/2521(RSP)) (B8-0073/2019) - Membri responsabbli: Bart Staes, Guillaume Balas, Lynn Boylan, Eleonora Evi, Sirpa Pietikäinen u Valentinas Mazuronis

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0057)


9.13. Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106: qamħirrum ġenetikament modifikat 5307 (SYN-Ø53Ø7-1) (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat ENVI, skont l-Artikolu 106(2)(3) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 5307 (SYN-Ø53Ø7-1), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (D059689/02 - 2019/2522(RSP)) (B8-0074/2019) - Membri responsabbli: Bart Staes, Guillaume Balas, Lynn Boylan, Eleonora Evi, Sirpa Pietikäinen u Valentinas Mazuronis

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0058)


9.14. Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106: qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87403 (MON-874Ø3-1) (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat ENVI, skont l-Artikolu 106(2)(3) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikata MON 87403 (MON-874Ø3-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D059691/02 - 2019/2523(RSP))) (B8-0075/2019) - Membri responsabbli: Bart Staes Guillaume Balas, Lynn Boylan, Eleonora Evi, Sirpa Pietikäinen u Valentinas Mazuronis

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0059)


9.15. Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106: qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × MON 15985 (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat ENVI, skont l-Artikolu 106(2)(3) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × MON 15985 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D059692/02 - 2019/2524(RSP)) (B8-0076/2019) - Membri responsabbli: Bart Staes, Guillaume Balas, Lynn Boylan, Eleonora Evi, Sirpa Pietikäinen u Valentinas Mazuronis

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0060)

PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President


9.16. Is-sitwazzjoni fil-Venezwela (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni B8-0082/2019, B8-0083/2019, B8-0084/2019, B8-0085/2019, B8-0086/2019 u B8-0087/2019

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 16)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA RC-B8-0082/2019

(flok B8-0082/2019, B8-0083/2019, B8-0084/2019 u B8-0085/2019):

imressqa mill-Membri li ġejjin:

—   Manfred Weber, Esteban González Pons, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Luis de Grandes Pascual, Cristian Dan Preda, David McAllister, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Paulo Rangel, Nuno Melo, Gabriel Mato, José Inácio Faria, Francisco José Millán Mon, Cláudia Monteiro de Aguiar, Fernando Ruas, Ivan Štefanec, Eduard Kukan, Tunne Kelam, Antonio López-Istúriz White u Maria Spyraki, f'isem il-Grupp PPE;

—   Ramón Jáuregui Atondo u Francisco Assis, f'isem il-Grupp S&D;

—   Charles Tannock, Monica Macovei, Ruža Tomašić u Pirkko Ruohonen-Lerner, f'isem il-Grupp ECR;

—   Javier Nart, Petras Auštrevičius, Beatriz Becerra Basterrechea, Izaskun Bilbao Barandica, Enrique Calvet Chambon, Dita Charanzová, Gérard Deprez, María Teresa Giménez Barbat, Ivan Jakovčić, Petr Ježek, Louis Michel, Valentinas Mazuronis, Gesine Meissner, Ulrike Müller, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Jozo Radoš, Pavel Telička, Ivo Vajgl u Renate Weber, f'isem il-Grupp ALDE.

Adozzjoni (P8_TA(2019)0061)

(Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B8-0086/2019 u B8-0087/2019 iddekadew.)

Interventi

Esteban González Pons ippreżenta emenda orali biex jiżdied paragrafu ġdid wara l-paragrafu 4. L-emenda orali ġiet aċċettata.

Il-President għamel id-dikjarazzjoni fi tmiem il-votazzjoni:

"Huwa bi pjaċir li nħabbar li l-Parlament Ewropew jirrikonoxxi lil Juan Guaidó bħala l-President Interim leġittimu tal-Venezwela.

Il-Parlament Ewropew huwa l-ewwel istituzzjoni Ewropea li rrikonoxxiet dan u nistiednu lill-Istati Membri u lir-Rappreżentant Għoli biex jagħmlu dan malajr kemm jista’ jkun, sabiex tiġi adottata pożizzjoni unika u b’saħħitha."

PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME
Viċi President


9.17. Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni (votazzjoni)

Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni [2018/2102(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Michel Reimon (A8-0474/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 17)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0062)

Interventi

Stelios Kouloglou.

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Awwissu 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza