Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 11 ta' Frar 2019 - Strasburgu

7. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament ((Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)) (azzjonijiet meħuda)

Il-President ħabbar li ma rċieva l-ebda talba, minn għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju, dwar id-deċiżjonijiet meħuda għal dħul f'negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-Minuti tal-Erbgħa 30 ta' Jannar 2019 (punt 11 tal-Minuti ta' 30.1.2019).

Il-Kumitati PECH, IMCO, TRAN, JURI u LIBE għalhekk setgħu jibdew in-negozjati wara l-iskadenza stipulata fl-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura.

Aġġornata l-aħħar: 2 ta' Lulju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza