Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 11 ta' Frar 2019 - Strasburgu

12. Ordni tal-ħidma
Rapporti Verbatim

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Frar 2019 (PE 634.303/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Talba tal-Grupp S&D biex il-mistoqsija orali dwar "Il-predaturi kbar" (punt 125 tal-PDOJ) tinbidel f'dikjarazzjoni tal-Kummissjoni. Id-dibattitu se jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se jitqiegħdu għall-votazzjoni fis-sessjoni parzjali ta' Marzu I 2019.

Intervent ta': Maria Noichl f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifikat it-talba.

B'VE (162 vot favur, 132 kontra, 7 astensjonijiet), il-Parlament approva t-talba.

It-Tlieta


Talba tal-Gruppi S&D u Verts/ALE biex fl-aġenda tiddaħħal il-mistoqsija orali indirizzata lill-Kummissjoni dwar "Il-futur tal-Lista ta' Azzjonijiet LGBTI (2019-2023)", li se tifforma parti minn dibattitu konġunt dwar "Id-drittijiet tal-persuni LGBTI" flimkien mal-mistoqsija orali dwar "Id-drittijiet tal-persuni intersesswali" (punt 126 tal-PDOJ). Id-dibattitu dwar il-mistoqsija orali l-ġdida se jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se jitqiegħdu għall-votazzjoni nhar il-Ħamis.

Intervent ta': Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifikat it-talba.

B'VSI (164 favur, 118 kontra, 11-il astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

Ġew stabbiliti dawn l-iskadenzi għat-tressiq:

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: it-Tlieta 12 ta' Frar 2019, 12.00.
Emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni u mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta: l-Erbgħa 13 ta' Frar 2019, 12.00.
Emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunti: l-Erbgħa 13 ta' Frar 2019 13.00.
Talbiet għal votazzjonijiet separati u talbiet għal votazzjonijiet maqsuma: l-Erbgħa 13 ta' Frar 2019, 19.00.

L-Erbgħa

Talba tal-Grupp S&D biex tiddaħħal, bħala l-ewwel punt fuq l-aġenda ta' filgħaxija, 18.00 – 24.00, dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar "Il-futur tat-Trattat INF u l-impatt fuq l-UE". Id-dibattitu se jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se jitqiegħdu għall-votazzoni nhar il-Ħamis.

Intervent ta': Clare Moody f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifikat it-talba.

Il-Parlament approva t-talba.

Ġew stabbiliti dawn l-iskadenzi għat-tressiq:

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: it-Tlieta 12 ta' Frar 2019, 12.00.
emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni u mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta: l-Erbgħa 13 ta' Frar 2019, 12.00.
Emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunti: l-Erbgħa 13 ta' Frar 2019, 13.00.
Talbiet għal votazzjonijiet separati u talbiet għal votazzjonijiet maqsuma: l-Erbgħa 13 ta' Frar 2019, 19.00.

Talba tal-Grupp S&D biex id-dibattitu dwar ir-rapport Roberts Zīle dwar ir-"Regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank" (A8-0032/2019) (punt 106 tal-PDOJ) jiġi pospost għal sessjoni parzjali sussegwenti.

Interventi ta' Kathleen Van Brempt f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifikat it-talba, u Peter van Dalen, kontra t-talba.

B'VE (118-il vot favur, 147 kontra, 25 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Interventi ta' Lucy Anderson u Kathleen Van Brempt biex jitolbu estensjoni tad-data ta' skadenza għat-tressiq.

Il-President stabbilixxa l-iskadenza li ġejja għall-emendi: it-Tlieta 12 ta' Frar 2019, 13.00.

Talba tal-Grupp PPE biex fl-aġenda ta' waranofsinhar jew ta' filgħaxija jiddaħħlu dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "Theddidiet għas-sigurtà b'rabta mal-preżenza teknoloġika Ċiniża li qed tiżdied fl-UE u azzjoni possibbli fil-livell tal-UE biex dawn jitnaqqsu". Id-dibattitu se jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se jitqiegħdu għall-votazzjoni fis-sessjoni parzjali ta' Marzu I 2019.

Interventi ta' Luděk Niedermayer f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifika t-talba, u Bruno Gollnisch, kontra t-taba

Il-Parlament approva t-talba.

Il-Ħamis

Talba tal-Grupp ALDE biex it-titolu tad-dibattitu dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt - "Is-sitwazzjoni fiċ-Ċeċenja, u l-każ ta' Oyub Titiev" (punt 119 tal-PDOJ) jinbidel għal "Is-sitwazzjoni fiċ-Ċeċenja", u titħassar ir-referenza għall-każ ta' Oyoub Titiev.

Interventi ta' Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, li ġġustifikat it-talba, u Cristian Dan Preda kontra t-talba.

B'VE (91 vot favur, 144 kontra, 17-il astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU
Viċi President

Aġġornata l-aħħar: 2 ta' Lulju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza