14. Pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-ħut fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-ħut fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-Baħar Baltiku, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008 [2018/0074(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Alain Cadec (A8-0310/2018)
Interventi ta' Gabriel Mato f'isem il-Grupp PPE, Ricardo Serrão Santos f'isem il-Grupp S&D, Ruža Tomašić f'isem il-Grupp ECR, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp ALDE, João Ferreira f'isem il-Grupp GUE/NGL, Linnéa Engström f'isem il-Grupp Verts/ALE, Mike Hookem Membru mhux affiljat, Seán Kelly u James Nicholson.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Francisco José Millán Mon, Richard Corbett, Notis Marias u Bogdan Andrzej Zdrojewski.