15. Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Kosta tal-Avorju u l-UE (2018–2024) *** - Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Kosta tal-Avorju u l-UE (2018–2024) (riżoluzzjoni) (dibattitu)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (2018-2024) [2018/0267(NLE)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: João Ferreira (A8-0030/2019)
Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (2018-2024) [2018/0267M(NLE)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: João Ferreira (A8-0034/2019)
João Ferreira ppreżenta r-rakkomandazzjoni u r-rapport.
Interventi ta' Gabriel Mato f'isem il-Grupp PPE, Richard Corbett f'isem il-Grupp S&D, Czesław Hoc f'isem il-Grupp ECR, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp ALDE, Linnéa Engström f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ricardo Serrão Santos u Jarosław Wałęsa.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Bogdan Andrzej Zdrojewski u Notis Marias.