2. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar id-deċiżjoni tal-kumitat responsabblili jniedu negozjati interistituzzjonali, abbażi tar-rapport li ġej (bi qbil mal-Artikolu 69c(1) tar-Regoli ta' Proċedura):
— Kumitat LIBE: proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill Nru 98/700/ĠAI, ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2018)0631 – C8-0406/2018 – 2018/0330(COD)). Rapporteur: Roberta Metsola (A8-0076/2019).
Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, Membri jew grupp(i) politiku/ċi li jilħqu tal-inqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl tal-għada, li deċiżjoni ta' kumitat li tkun se tidħol f'negozjati titqiegħed għall-votazzjoni.
In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.
3. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tas-sikurezza u tal-konnettività ferrovjarja fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni (COM(2019)0088 - C8-0046/2019 - 2019/0040(COD)) F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
TRAN
2) mill-kumitati parlamentari
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur (COM(2018)0185 - C8-0143/2018 - 2018/0090(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Daniel Dalton (A8-0029/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (COM(2018)0365 - C8-0383/2018 - 2018/0189(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Virginie Rozière (A8-0036/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta' netwerk Ewropew bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni (riformulazzjoni) (COM(2018)0303 - C8-0184/2018 - 2018/0153(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Cécile Kashetu Kyenge (A8-0040/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE fir-rigward tal-limitu ta' żmien għall-implimentazzjoni tar-regoli speċjali dwar it-tul massimu fil-każ ta' kabini li jagħtu prestazzjoni ajrudinamika, effiċjenza enerġetika u prestazzjoni tas-sikurezza mtejba (COM(2018)0275 - C8-0195/2018 - 2018/0130(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Karima Delli (A8-0042/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ġustizzja (COM(2018)0384 - C8-0235/2018 - 2018/0208(COD)) - Kumitat JURI - Kumitat LIBE - Rapporteur: Heidi Hautala - Rapporteur: Josef Weidenholzer (A8-0068/2019)
4. Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili ***I (dibattitu)
Rapport dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili [2017/0309(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Elisabetta Gardini (A8-0180/2018)
Interventi ta' José Manuel Fernandes (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG), Francesc Gambús f'isem il-Grupp PPE, Nikos Androulakis f'isem il-Grupp S&D, Arne Gericke f'isem il-Grupp ECR, Anneli Jäätteenmäki f'isem il-Grupp ALDE, Dimitrios Papadimoulis f'isem il-Grupp GUE/NGL, Lukas Mandl, Carlos Zorrinho u João Ferreira.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Soledad Cabezón Ruiz, Notis Marias, Karin Kadenbach, Bronis Ropė u Nicola Caputo.
Interventi ta' Christos Stylianides u Elisabetta Gardini.
Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/128/KE dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi [2017/2284(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Jytte Guteland (A8-0045/2019)
Intervent ta': Sofia Ribeiro (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI).
Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta' Karl-Heinz Florenz f'isem il-Grupp PPE, Pavel Poc f'isem il-Grupp S&D, Jan Huitema f'isem il-Grupp ALDE, Anja Hazekamp f'isem il-Grupp GUE/NGL, Martin Häusling f'isem il-Grupp Verts/ALE, Mireille D'Ornano f'isem il-Grupp EFDD, Giancarlo Scottà f'isem il-Grupp ENF, Norbert Lins, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Molly Scott Cato, Eric Andrieu, Ulrike Müller, Michèle Rivasi, Piernicola Pedicini, John Stuart Agnew, Angélique Delahaye, Karin Kadenbach, Molly Scott Cato, Pilar Ayuso u Herbert Dorfmann.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo u Notis Marias.
PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME Viċi President
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Hilde Vautmans, João Ferreira, Georgios Epitideios, José Inácio Faria, Maria Grapini, Michaela Šojdrová, Maria Gabriela Zoană u Franc Bogovič.
Interventi ta' Vytenis Povilas Andriukaitis u Miriam Dalli.
6. Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transkonfinali (dibattitu)
Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transkonfinali [2018/2108(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Ivo Belet (A8-0046/2019)
Ivo Belet ippreżenta r-rapport.
Intervent ta': Maria Grapini (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO).
Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta' Cristian-Silviu Buşoi f'isem il-Grupp PPE, Tiemo Wölken f'isem il-Grupp S&D, Urszula Krupa f'isem il-Grupp ECR, Jasenko Selimovic f'isem il-Grupp ALDE, Kateřina Konečná f'isem il-Grupp GUE/NGL, Tilly Metz f'isem il-Grupp Verts/ALE, Joëlle Mélin f'isem il-Grupp ENF, Alojz Peterle, Miriam Dalli, Notis Marias, Sirpa Pietikäinen, Soledad Cabezón Ruiz, Arne Gericke u Peter Liese.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': José Inácio Faria, Krzysztof Hetman, Hilde Vautmans, Georgios Epitideios, Pascal Arimont u Seán Kelly.
Interventi ta' Vytenis Povilas Andriukaitis u Ivo Belet.
7. Ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma [2018/0169(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel. Rapporteur: Simona Bonafè (A8-0044/2019)
Interventi ta' Marijana Petir (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Francesc Gambús f'isem il-Grupp PPE, Inés Ayala Sender f'isem il-Grupp S&D, Jan Huitema f'isem il-Grupp ALDE, Maria Lidia Senra Rodríguez f'isem il-Grupp GUE/NGL, Davor Škrlec f'isem il-Grupp Verts/ALE, Sylvie Goddyn f'isem il-Grupp EFDD, u Joëlle Mélin f'isem il-Grupp ENF, Peter Liese, Daciana Octavia Sârbu, Eleonora Evi, Danilo Oscar Lancini u Angélique Delahaye.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': José Inácio Faria u Seán Kelly.
Interventi ta' Karmenu Vella, Inés Ayala Sender, biex tagħmel mistoqsija lil Karmenu Vella, li weġibha, u Simona Bonafè.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta sa ma sar il-ħin għall-votazzjonijiet: 12.17.)
PRESIDENZA: Heidi HAUTALA Viċi President
8. Tkomplija tas-seduta
Ħin li fih tkompliet is-seduta: 12.32.
9. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-Parlament.
9.1. Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Kosta tal-Avorju u l-UE (2018–2024) *** (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (2018-2024) [2018/0267(NLE)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: João Ferreira (A8-0030/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll.
9.2. Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Kosta tal-Avorju u l-UE (2018–2024) (riżoluzzjoni) (votazzjoni)
Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (2018-2024) [2018/0267M(NLE)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: João Ferreira (A8-0034/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)
9.3. Mozzjoni għal riżoluzzjoni skont l-Artikolu 108(6) għal talba għal opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà, mat-Trattati, tal-Protokoll dwar il-Ftehim ta' Sħubija tas-Sajd bejn l-UE u l-Marokk (votazzjoni)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa f'konformità mal-Artikolu 108(6) tar-Regoli ta' Proċedura, minn Linnéa Engström, Paloma López Bermejo, Marco Affronte, Yannick Jadot, Ian Hudghton, Ana Miranda, José Bové, Klaus Buchner, Maria Heubuch, Jakop Dalunde, Julia Reda, Ska Keller, Bodil Valero, Malin Björk, Soraya Post, Margrete Auken, Romeo Franz, Nils Torvalds, Renata Briano, Isabelle Thomas, Edouard Martin, Jean Lambert, Keith Taylor, Max Andersson, Reinhard Bütikofer, Izaskun Bilbao Barandica, Eva Joly, Jill Evans, Michèle Rivasi, Bas Eickhout, Miroslavs Mitrofanovs, Tilly Metz, Helga Trüpel, Florent Marcellesi, Barbara Lochbihler, Judith Sargentini, Bart Staes, Indrek Tarand, Ernest Urtasun, Bronis Ropė, Heidi Hautala, Philippe Lamberts, Karima Delli, Alyn Smith, Igor Šoltes, Josep-Maria Terricabras, Jordi Solé, Martin Häusling, Sven Giegold, Monika Vana, Terry Reintke, Michel Reimon, Ángela Vallina, Dennis de Jong, Anne-Marie Mineur, Matt Carthy, Liadh Ní Riada, Lynn Boylan, Martina Anderson, Miguel Urbán Crespo, Tania González Peñas, Estefanía Torres Martínez, Lola Sánchez Caldentey, Sofia Sakorafa, Sabine Lösing, Helmut Scholz, Xabier Benito Ziluaga, Martin Schirdewan, Patrick Le Hyaric, Marie-Christine Vergiat, Marina Albiol Guzmán, Barbara Spinelli, Dimitrios Papadimoulis, Stelios Kouloglou, Marisa Matias, Martina Michels, Merja Kyllönen, Stefan Eck, Rina Ronja Kari, Neoklis Sylikiotis, Kostadinka Kuneva, Eleonora Forenza, Norbert Neuser, Tiemo Wölken, Birgit Sippel, Bernd Lange, Dietmar Köster, Babette Winter, Evelyne Gebhardt, Ulrike Rodust, Susanne Melior, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Constanze Krehl, Jens Geier, Joachim Schuster, Jude Kirton-Darling, Marita Ulvskog, Sergio Gaetano Cofferati, Anna Hedh, Olle Ludvigsson, Aleksander Gabelic, Jytte Guteland, Guillaume Balas, Karoline Graswander-Hainz, Karin Kadenbach, Evelyn Regner, Josef Weidenholzer, Ana Gomes, Thomas Waitz u Michael Cramer, li titlob opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà mat-Trattati tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli propost bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll tal-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim imsemmi (2019/2565(RSP)) (B8-0100/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Rifjut
Interventi
Florent Marcellesi, qabel il-votazzjoni.
9.4. Il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Marokk *** (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll tal-iskambju ta' ittri li jakkumpanja dan il-Ftehim [2018/0349(NLE)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Alain Cadec (A8-0027/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.
9.5. Ftehim għall-Prevenzjoni tas-Sajd mhux Regolat fl-Ibħra Miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali *** (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim għall-Prevenzjoni tas-Sajd mhux Regolat fl-Ibħra Miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali [2018/0239(NLE)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Norica Nicolai (A8-0016/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.
9.6. Protokoll tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn l-UE u l-Messiku (l-adeżjoni tal-Kroazja) *** (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tat-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti tal-Messiku, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea [2017/0319(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández (A8-0066/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll.
9.7. Programm tal-UE kontra l-Frodi ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm tal-UE kontra l-Frodi [2018/0211(COD)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra (A8-0064/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)
9.8. Pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-ħut fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-ħut fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-Baħar Baltiku, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008 [2018/0074(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Alain Cadec (A8-0310/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)
9.9. Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili ***I (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili [2017/0309(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Elisabetta Gardini (A8-0180/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)
9.10. Ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma [2018/0169(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Simona Bonafè (A8-0044/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)
9.11. L-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 167/2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija [2018/0142(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Nicola Danti (A8-0318/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)
9.12. Il-Programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi u għall-istatistika Ewropea ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u għall-istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014, (UE) Nru 258/2014, (UE) Nru 652/2014 u (UE) 2017/826 [2018/0231(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Nicola Danti (A8-0052/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)
9.13. VAT: Sistema definittiva għat-tassazzjoni ta' kummerċ bejn l-Istati Membri * (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta' miżuri tekniċi dettaljati għat-tħaddim ta' sistema definittiva tal-VAT għat-tassazzjoni ta' kummerċ bejn l-Istati Membri [2018/0164(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Fulvio Martusciello (A8-0028/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
— Lívia Járóka u Roberta Metsola, f'isem il-Grupp PPE, Soraya Post, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer, Tanja Fajon, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Dietmar Köster u Ana Gomes, f'isem il-Grupp S&D, Branislav Škripek, f'isem il-Grupp ECR, Cecilia Wikström, Ivo Vajgl u Fredrick Federley, f'isem il-Grupp ALDE, Cornelia Ernst, Patrick Le Hyaric, Merja Kyllönen, Malin Björk, Paloma López Bermejo, Sofia Sakorafa, Ángela Vallina, Barbara Spinelli, Kostadinka Kuneva u Kostas Chrysogonos, f'isem il-Grupp GUE/NGL, Romeo Franz, Bodil Valero, Philippe Lamberts, Bart Staes, Jordi Solé, Ernest Urtasun, Judith Sargentini, Barbara Lochbihler, Monika Vana u Sven Giegold, f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-ħtieġa li jissaħħaħ il-Qafas Strateġiku tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Rom wara l-2020 u li tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu (2019/2509(RSP)) (B8-0098/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)
Alain Lamassoure, wara l-votazzjoni biex jindika li l-adozzjoni ta' dan ir-rapport tikkonkludi s-27 sena ta' attività tiegħu fil-Parlament (Il-President ingħaqdet mal-assemblea fl-għoti ta' ġieħ spontanju lill-kelliem).
9.17. Implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar is-setgħa ta' kontroll politiku tal-Parlament fuq il-Kummissjoni (votazzjoni)
Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar is-setgħa ta' kontroll politiku tal-Parlament fuq il-Kummissjoni [2018/2113(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Mercedes Bresso (A8-0033/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 17)
9.18. Implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-qafas istituzzjonali tal-UE (votazzjoni)
Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-qafas istituzzjonali tal-UE [2017/2089(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Barbara Spinelli (A8-0051/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 18)
9.19. Ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew) (votazzjoni)
Rapport dwar abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew li jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew) u li jħassar id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom [2018/2080(INL)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Paulo Rangel (A8-0050/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 19)
9.20. Politika industrijali Ewropea komprensiva dwar l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika (votazzjoni)
Rapport dwar politika industrijali Ewropea komprensiva dwar l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika [2018/2088(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Ashley Fox (A8-0019/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 20)
9.21. L-użu sostenibbli tal-pestiċidi (votazzjoni)
Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/128/KE dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi [2017/2284(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Jytte Guteland (A8-0045/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 21)
9.22. Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transkonfinali (votazzjoni)
Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transkonfinali [2018/2108(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Ivo Belet (A8-0046/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 22)
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 183 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fil-paġni tal-Membri fis-sit tal-Parlament.
Spjegazzjonijiet tal-vot orali:
Rakkomandazzjoni João Ferreira - A8-0030/2019 Clara Aguilera, Daniel Hannan u Seán Kelly
Rapport José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra - A8-0064/2019 Bogdan Andrzej Zdrojewski, Notis Marias, Andrejs Mamikins u Jiří Pospíšil
Rapport Alain Cadec - A8-0310/2018 Rupert Matthews, Clara Aguilera u Seán Kelly
Rapport Elisabetta Gardini - A8-0180/2018 Stefano Maullu, Notis Marias u José Inácio Faria
Rapport Simona Bonafè - A8-0044/2019 Igor Šoltes, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Notis Marias u Momchil Nekov
Strateġiji għall-integrazzjoni tar-Rom - B8-0098/2019 Stefano Maullu, Michaela Šojdrová, Angel Dzhambazki, Branislav Škripek, Dobromir Sośnierz u Stanislav Polčák
Rapport Maite Pagazaurtundúa - A8-0041/2019 Adam Szejnfeld u Francis Zammit Dimech
Rapport Alain Lamassoure - A8-0038/2019 Andrejs Mamikins
Rapport Barbara Spinelli - A8-0051/2019 Michaela Šojdrová u Andrejs Mamikins
Rapport Paulo Rangel - A8-0050/2019 Adam Szejnfeld
Rapport Ashley Fox - A8-0019/2019 Alex Mayer, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Adam Szejnfeld, Seán Kelly u Dobromir Sośnierz
Rapport Jytte Guteland - A8-0045/2019 Xabier Benito Ziluaga, Rupert Matthews, Michaela Šojdrová, Igor Šoltes, Momchil Nekov u Stanislav Polčák
Rapport Ivo Belet - A8-0046/2019 Urszula Krupa, Jeroen Lenaers, Pirkko Ruohonen-Lerner u Momchil Nekov.
11. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fuq is-sit Europarl, "Plenarja", "Votazzjonijiet", "Riżultati tal-Votazzjonijiet" (Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet).
Il-verżjoni elettronika fuq is-sit Europarl tiġi aġġornata regolarment tul perjodu ta' mhux aktar minn ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 14.35.)
PRESIDENZA: Evelyne GEBHARDT Viċi President
12. Tkomplija tas-seduta
Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.00.
13. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
14. Kompożizzjoni tal-kumitati
Il-President irċieva mingħand il-Grupp S&D it-talba għall-ħatra li ġejja:
Kumitat IMCO: Lucy Anderson
Din il-ħatra se titqies ratifikata jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.
15. Is-sitwazzjoni fis-Sirja (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Is-sitwazzjoni fis-Sirja (2019/2535(RSP))
Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.
Interventi ta' José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra f'isem il-Grupp PPE, Victor Boştinaru f'isem il-Grupp S&D, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, Michel Reimon f'isem il-Grupp Verts/ALE, James Carver f'isem il-Grupp EFDD, Marie-Christine Arnautu f'isem il-Grupp ENF, Sotirios Zarianopoulos Membru mhux affiljat, László Tőkés, Elena Valenciano, Bas Belder, Hilde Vautmans, Miguel Urbán Crespo, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Michaela Šojdrová, Barbara Lochbihler, Michał Marusik, Georgios Epitideios, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bill Etheridge, Francisco José Millán Mon, Enrique Guerrero Salom, Anders Primdahl Vistisen, Michaela Šojdrová, Brando Benifei, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Neena Gill, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Ana Gomes, György Hölvényi u Eugen Freund, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Paul Rübig.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta':Marijana Petir, Julie Ward, Patricia Lalonde, Takis Hadjigeorgiou u Jean-Luc Schaffhauser.
Intervent ta': Johannes Hahn.
Id-dibattitu ngħalaq.
16. Rapport tal-2018 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina (dibattitu)
Rapport dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina [2018/2148(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Cristian Dan Preda (A8-0467/2018)
Cristian Dan Preda ippreżenta r-rapport.
PRESIDENZA: David Maria SASSOLI Viċi President
Interventi ta' George Ciamba (President fil-kariga tal-Kunsill) u Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta' Dubravka Šuica f'isem il-Grupp PPE, Knut Fleckenstein f'isem il-Grupp S&D, Bas Belder f'isem il-Grupp ECR, Jozo Radoš f'isem il-Grupp ALDE, Jaromír Kohlíček f'isem il-Grupp GUE/NGL, Igor Šoltes f'isem il-Grupp Verts/ALE, Bill Etheridge f'isem il-Grupp EFDD, Mario Borghezio f'isem il-Grupp ENF, Eduard Kukan, Tonino Picula, Ruža Tomašić, Jean-Luc Schaffhauser, Željana Zovko, Tanja Fajon, Marijana Petir u Josef Weidenholzer.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Bogdan Andrzej Zdrojewski, Ivan Jakovčić, Jiří Pospíšil, Sotirios Zarianopoulos, Jasenko Selimovic, Notis Marias u Ivana Maletić.
Interventi ta' Johannes Hahn, George Ciamba u Cristian Dan Preda.
18. Dibattitu mal-President tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika Taljana, Giuseppe Conte, dwar il-Futur tal-Ewropa (dibattitu)
Dibattitu mal-President tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika Taljana, Giuseppe Conte, dwar il-Futur tal-Ewropa (2019/2533(RSP))
Il-President għamel dikjarazzjoni qasira biex jintroduċi d-dibattitu.
Intervent ta': Giuseppe Conte (President tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika Taljana).
Intervent ta': Jyrki Katainen (Viċi President tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, Udo Bullmann f'isem il-Grupp S&D, Raffaele Fitto f'isem il-Grupp ECR, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Eleonora Forenza f'isem il-Grupp GUE/NGL, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, Laura Agea f'isem il-Grupp EFDD, Mara Bizzotto f'isem il-Grupp ENF, u Steven Woolfe Membru mhux affiljat.
Intervent ta': Giuseppe Conte.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Lara Comi, Sylvie Guillaume, Bernd Lucke, Ana Miranda, Mario Borghezio, Udo Voigt, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Renaud Muselier, Patrizia Toia, Paulo Rangel, Barbara Spinelli, Massimiliano Salini, Daniele Viotti, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Herbert Dorfmann, Marc Tarabella, Salvatore Cicu, Mercedes Bresso, Anna Maria Corazza Bildt u Igor Šoltes.
Intervent ta': Giuseppe Conte.
Id-dibattitu ngħalaq.
PRESIDENZA: Bogusław LIBERADZKI Viċi President
19. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President fakkar li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitati INTA u ECON li ma ssirx oġġezzjoni għall-atti delegati tħabbru fil-plenarja nhar it-Tnejn 11 ta' Frar 2019 (punt 5 tal-Minuti ta' 11.2.2019).
Ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet fi żmien 24 siegħa kif stabbilit mill-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura.
Konsegwentement, dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma meqjusa approvati u se jkunu ppubblikati fit-Testi adottati tas-seduta ta' għada l-Erbgħa 13 ta' Frar 2019.
20. Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Singapore *** - Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Singapore (riżoluzzjoni) - Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment UE-Singapore *** - Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment UE-Singapore (riżoluzzjoni) - Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Singapore *** - Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Singapore (riżoluzzjoni) (dibattitu)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore [07971/2018 - C8-0446/2018 - 2018/0093(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: David Martin (A8-0053/2019)
Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore [2018/0093M(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: David Martin (A8-0048/2019)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' Singapore min-naħa l-oħra [07979/2018 - C8-0447/2018 - 2018/0095(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: David Martin (A8-0054/2019)
Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' Singapore min-naħa l-oħra [2018/0095M(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: David Martin (A8-0049/2019)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra [15375/2018 - C8-0026/2019- 2018/0403(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Antonio López-Istúriz White (A8-0020/2019)
Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, ta' Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra [2018/0403M(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Antonio López-Istúriz White (A8-0023/2019)
David Martin u Antonio López-Istúriz White ppreżentaw ir-rakkomandazzjonijiet u r-rapporti.
Interventi ta' Seán Kelly f'isem il-Grupp PPE, Alessia Maria Mosca f'isem il-Grupp S&D, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Ramon Tremosa i Balcells f'isem il-Grupp ALDE, Anne-Marie Mineur f'isem il-Grupp GUE/NGL, Reinhard Bütikofer f'isem il-Grupp Verts/ALE, Tiziana Beghin f'isem il-Grupp EFDD, France Jamet f'isem il-Grupp ENF, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Karoline Graswander-Hainz, Jan Zahradil, Marietje Schaake, Emmanuel Maurel, Yannick Jadot, William (The Earl of) Dartmouth, Danilo Oscar Lancini, David McAllister, Joachim Schuster, Bill Etheridge, Jacques Colombier, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jude Kirton-Darling, Daniel Caspary, Pedro Silva Pereira, Christofer Fjellner, Neena Gill, Jarosław Wałęsa u Francisco Assis.
PRESIDENZA: Pavel TELIČKA Viċi President
Interventi ta' Alojz Peterle, Andrejs Mamikins, Bogdan Andrzej Zdrojewski u Cristian-Silviu Buşoi.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Jiří Pospíšil, Stanislav Polčák, Nicola Caputo u Notis Marias.
21. Rigressjoni attwali tad-Drittijiet tan-Nisa u tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi fl-UE (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000135/2018) imressqa minn João Pimenta Lopes, f'isem il-Kumitat FEMM, lill-Kummissjoni: Ir-rigressjoni attwali tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn is-Sessi fl-UE (B8-0005/2019)
João Pimenta Lopes daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
Interventi ta' Sirpa Pietikäinen f'isem il-Grupp PPE, Iratxe García Pérez f'isem il-Grupp S&D, Jadwiga Wiśniewska f'isem il-Grupp ECR, Angelika Mlinar f'isem il-Grupp ALDE, Malin Björk f'isem il-Grupp GUE/NGL, Terry Reintke f'isem il-Grupp Verts/ALE, Dobromir Sośnierz Membru mhux affiljat, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Vilija Blinkevičiūtė, Ruža Tomašić, Ernest Urtasun, Barbara Matera, Anna Hedh, Jordi Solé, Dubravka Šuica u Marijana Petir.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová, Julie Ward, Marek Jurek u Eleonora Forenza.
Intervent ta': Věra Jourová.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura:
— João Pimenta Lopes, f'isem il-Kumitat FEMM, dwar ir-rigressjoni attwali tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE (2018/2684(RSP)) (B8-0096/2019);
— Jadwiga Wiśniewska u Arne Gericke, f'isem il-Grupp ECR, dwar ir-rigressjoni attwali tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE (2018/2684(RSP)) (B8-0099/2019).
22. Sfidi politiċi u strateġiji kontra il-kanċers tan-nisa u l-komorbiditajiet relatati (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000134/2018) imressqa minn Daniela Aiuto, f'isem il-Kumitat FEMM, lill-Kummissjoni: Sfidi u strateġiji politiċi kontra l-kansers tan-nisa u l-komorbożitajiet relatati (B8-0006/2019)
Daniela Aiuto daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS Viċi President
Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija.
Interventi ta' Marijana Petir f'isem il-Grupp PPE, Biljana Borzan f'isem il-Grupp S&D, Jana Žitňanská f'isem il-Grupp ECR, Lieve Wierinck f'isem il-Grupp ALDE, Ángela Vallina f'isem il-Grupp GUE/NGL, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jadwiga Wiśniewska, Michaela Šojdrová u Francis Zammit Dimech.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Anna Záborská, Julie Ward, Notis Marias, Ana Miranda, Stanislav Polčák, Soledad Cabezón Ruiz u Dubravka Šuica
Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura:
— Daniela Aiuto, f'isem il-Kumitat FEMM, dwar l-isfidi politiċi u l-istrateġiji kontra l-kanċers tan-nisa u l-komorbiditajiet relatati (2018/2782(RSP)) (B8-0097/2019).
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000132/2018) imressqa minn Claude Moraes, f'isem il-Kumitat LIBE, lill-Kunsill: Id-drittijiet tal-persuni intersesswali (B8-0007/2019)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000133/2018) imressqa minn Claude Moraes, f'isem il-Kumitat LIBE, lill-Kummissjoni: Id-drittijiet tal-persuni intersesswali (B8-0008/2019)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000006/2019) imressqa minn Malin Björk f'isem il-Grupp GUE/NGL, Tanja Fajon u Daniele Viotti, f'isem il-Grupp S&D, Sophia in 't Veld, f'isem il-Grupp ALDE, Roberta Metsola u Sirpa Pietikäinen, f'isem il-Grupp PPE u Terry Reintke, f'isem il-Grupp Verts/ALE, lill-Kummissjoni: Il-futur tal-Lista ta' Azzjonijiet LGBTI (2019-2023) (B8-0014/2019)
Claude Moraes, Anna Maria Corazza Bildt, Malin Björk, Daniele Viotti, Sophia in 't Veld u Terry Reintke daħlu aktar fil-fond dwar il-mistoqsijiet.
George Ciamba (President fil-kariga tal-Kunsill) u Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni) wieġbu l-mistoqsijiet.
Interventi ta' José Inácio Faria f'isem il-Grupp PPE, Julie Ward f'isem il-Grupp S&D, Helga Stevens f'isem il-Grupp ECR, Cornelia Ernst f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Juan Fernando López Aguilar.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Eleonora Forenza u Dobromir Sośnierz.
Interventi ta' Věra Jourová u George Ciamba.
Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu bi qbil mal-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.
24. L-użu tal-kannabis għal skopijiet mediċinali (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000122/2018) imressqa minn Dubravka Šuica, Guillaume Balas, Urszula Krupa, Catherine Bearder, Estefanía Torres Martínez, Martin Häusling u Piernicola Pedicini, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: L-użu tal-kannabis għal finijiet mediċi (B8-0001/2019)
Dubravka Šuica daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
Interventi ta' Peter Liese f'isem il-Grupp PPE, Guillaume Balas f'isem il-Grupp S&D, Urszula Krupa f'isem il-Grupp ECR, u Luke Ming Flanagan f'isem il-Grupp GUE/NGL.
Intervent ta': Věra Jourová.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura:
— Dubravka Šuica, Guillaume Balas, Urszula Krupa, Catherine Bearder, Estefanía Torres Martínez, Martin Häusling u Piernicola Pedicini, f'isem il-Kumitat ENVI, dwar l-użu tal-kannabis għal finijiet mediċi (2018/2775(RSP)) (B8-0071/2019).
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000012/2019) imressqa minn Miroslav Mikolášik u Peter Liese f'isem il-Grupp PPE, lill-Kunsill: Modifika tal-ġenoma ġerminali tal-bniedem (2019/2568(RSP)) (B8-0011/2019)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000013/2019) imressqa minn Miroslav Mikolášik u Peter Liese f'isem il-Grupp PPE, lill-Kummissjoni: Modifika tal-ġenoma ġerminali tal-bniedem (2019/2568(RSP)) (B8-0012/2019)
Miroslav Mikolášik daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsijiet.
George Ciamba (President fil-kariga tal-Kunsill) u Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni) wieġbu l-mistoqsijiet.
Interventi ta' Peter Liese f'isem il-Grupp PPE, Guillaume Balas f'isem il-Grupp S&D, Stanislav Polčák, Soledad Cabezón Ruiz, Marijana Petir u Luigi Morgano.
Interventi ta' Věra Jourová u George Ciamba.
Id-dibattitu ngħalaq.
26. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 634.303/OJME).