Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 13 ta' Frar 2019 - Strasburgu

3. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni rigward ir-regoli speċifiċi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-laħam u għaż-żoni ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2019)00010 - 2019/2572(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 8 ta' Frar 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI, AGRI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-azzjoni minima u t-tipi ta' miżuri addizzjonali li jridu jittieħdu mill-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji sabiex irażżnu r-riskju mill-ħasil tal-flus u mill-finanzjament tat-terroriżmu f'ċerti pajjiżi terzi (C(2019)00646 - 2019/2554(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar (1), li jiddekorri mid-data ta' riċeviment ta' 31 ta' Jannar 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON, LIBE

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-kunflitti ta' interess fil-qasam tal-fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju (C(2019)00664 - 2019/2556(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 4 ta' Frar 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-kunflitti ta' interess, il-kejl tal-impatt soċjali u l-informazzjoni mogħtija lill-investituri fil-qasam tal-fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej (C(2019)00669 - 2019/2555(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 1 ta' Frar 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta lil awtorità kompetenti f'applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' parti terza biex tivvaluta l-konformità STS (C(2019)00740 - 2019/2558(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar (1), li jiddekorri mid-data ta' riċeviment ta' 5 ta' Frar 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta' kooperazzjoni (C(2019)00769 - 2019/2567(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 7 ta' Frar 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: REGI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-lista tal-entitajiet eżenti (C(2019)00791 - 2019/2549(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 30 ta' Jannar 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/522 rigward l-eżenzjoni tal-Bank tal-Ingilterra u tal-Uffiċċju tal-Ġestjoni tad-Dejn tar-Renju Unit mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 (C(2019)00792 - 2019/2550(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 30 ta' Jannar 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/1799 fir-rigward tal-eżenzjoni tal-Bank of England mir-rekwiżiti ta' trasparenza ta' qabel u wara n-negozjar tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 (C(2019)00793 - 2019/2546(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 30 ta' Jannar 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-lista ta' entitajiet eżentati (C(2019)00794 - 2019/2547(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 30 ta' Jannar 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

Abbozz ta' att delegat li għalih it-terminu għall-oġġezzjonijiet ġie prorogat:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tariffi imposti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fuq ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (C(2018)08333 – 2018/2988(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 13 ta' Diċembru 2018

Proroga tat-terminu għal oġġezzjoni: xahrejn fuq talba tal-Kunsill.

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Ġunju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza