Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-Parlament.
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
Dikjarat approvat
Għaldaqstant, il-kalendarju tas-sessjonijiet parzjali tal-Parlament Ewropew għall-2020 ġie stabbillit kif ġej:
- mit-13 sas-16 ta' Jannar
- id-29 u t-30 ta' Jannar
- mill-10 sat-13 ta' Frar
- mid-9 sat-12 ta' Marzu
- mit-30 ta' Marzu sat-2 ta' April
- it-22 u t-23 ta' April
- mill-11 sal-14 ta' Mejju
- it-3 u l-4 ta' Ġunju
- mill-15 sat-18 ta' Ġunju
- mis-6 sad-9 ta' Lulju
- mill-14 sas-17 ta' Settembru
- mill-5 sat-8 ta' Ottubru
- mid-19 sat-22 ta' Ottubru
- il-11 u t-12 ta' novembru
- mit-23 sas-26 ta' Novembru
- mill-14 sas-17 ta' Diċembru.
Interventi
Intervent ta': Daniele Viotti, li talba li jiġu vverifikati ċerti interventi tad-dibattitu tal-bieraħ mal-President tal-Kunsill tal-Italja (punt 18 tal-Minuti ta' 12.2.2019) (il-President wieġed li dan kien se jsir).
8.2. L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (kodifikazzjoni) [COM(2018)0499 - C8-0313/2018 - 2018/0263(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg (A8-0037/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)
8.3. Il-komputerizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta' oġġetti soġġetti għas-sisa ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-komputerizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta' oġġetti soġġetti għas-sisa (riformulazzjoni) [COM(2018)0341 - C8-0215/2018 - 2018/0187(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Kay Swinburne (A8-0010/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)
Intervent ta' Kay Swinburne (rapporteur) biex titlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.
8.4. Il-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet [COM(2018)0096 - C8-0109/2018 - 2018/0044(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Pavel Svoboda (A8-0261/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)
8.5. Programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021-2027 (il-programm Pericles IV) ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021-2027 (il-"programm Pericles IV") [COM(2018)0369 - C8-0240/2018 - 2018/0194(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Dennis de Jong (A8-0069/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)
8.6. Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Singapore *** (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore [07971/2018 - C8-0446/2018 - 2018/0093(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: David Martin (A8-0053/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.
8.7. Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Singapore (riżoluzzjoni) (votazzjoni)
Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore [2018/0093M(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: David Martin (A8-0048/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)
8.8. Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment UE-Singapore *** (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' Singapore min-naħa l-oħra [07979/2018 - C8-0447/2018 - 2018/0095(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: David Martin (A8-0054/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.
8.9. Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment UE-Singapore (riżoluzzjoni) (votazzjoni)
Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' Singapore min-naħa l-oħra [2018/0095M(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: David Martin (A8-0049/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)
8.10. Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Singapore *** (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra [15375/2018 - C8-0026/2019- 2018/0403(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Antonio López-Istúriz White (A8-0020/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.
8.11. Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Singapore (riżoluzzjoni) (votazzjoni)
Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, ta' Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra [2018/0403M(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Antonio López-Istúriz White (A8-0023/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)
8.12. It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport *** (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport [13111/2018 - C8-0473/2018- 2018/0282(NLE)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Karima Delli (A8-0022/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tat-Trattat.
8.13. Rapport tal-2018 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina (votazzjoni)
Rapport dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina [2018/2148(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Cristian Dan Preda (A8-0467/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)
Cristian Dan Preda (rapporteur) ressaq emenda orali għall-paragrafu 5. L-emenda orali ġiet aċċettata.
8.14. Dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi [COM(2018)0375 - C8-0230/2018 - 2018/0196(COD)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteurs: Andrey Novakov u Constanze Krehl (A8-0043/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)
Intervent ta' Andrey Novakov (rapporteur) biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.
8.15. Il-programm Ġustizzja ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ġustizzja [COM(2018)0384 - C8-0235/2018 - 2018/0208(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteurs: Josef Weidenholzer u Heidi Hautala (A8-0068/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)
Intervent ta' Josef Weidenholzer (rapporteur) biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.
8.16. L-istat tad-dibattitu dwar il-Futur tal-Ewropa (votazzjoni)
Rapport dwar l-istat tad-dibattitu dwar il-Futur tal-Ewropa [2018/2094(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Ramón Jáuregui Atondo (A8-0427/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 16)