Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni [COM(2018)0894 - C8-0514/2018 - 2018/0434(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Kosma Złotowski (A8-0061/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 21)
Intervent ta' Kosma Złotowski (rapporteur) biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.