Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 11 ta' Marzu 2019 - Strasburgu

8. Négociations avant la première lecture du Parlement (article 69 quater du règlement)

Il-President ħabbar id-deċiżjoni tal-kumitat responsabbli biex jidħol f'negozjati interistituzzjonali abbażi tar-rapport li ġej (bi qbil mal-Artikolu 69c(1) tar-Regoli ta' Proċedura):

—   Kumitat IMCO: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/... u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 (COM(2018)0286 - C8-0194/2018 – 2018/0145(COD)). Rapporteur: Róża Thun und Hohenstein (A8-0151/2019).

Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada, li jittieħed vot fuq id-deċiżjoni għal dħul f'negozjati.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Lulju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza