Is-sessjoni li ġiet interrotta l-Ħamis 14 ta' Frar 2019 tkompliet.
2. Ftuħ tas-seduta
Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.04.
3. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
Il-President esprima l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi tal-aċċident tal-Boeing 737 fi triqtu minn Addis Ababa għal Nairobi, li ġġarraf ilbieraħ, il-Ħadd, 10 ta' Marzu 2019.
Hu fakkar fl-attakk terroristiku tal-11 ta' Marzu 2004 fl-istazzjon tal-ferrovija ta' Atocha f'Madrid, li qatel 192 persuna. F'dan ir-rigward, hu fakkar li d-data tal-11 ta' Marzu ntgħażlet mill-Unjoni Ewropea bħala data simbolika ta' kommemorazzjoni tal-vittmi tat-terroriżmu.
Hu għamel dikjarazzjoni fl-okkażjoni tal-ħames anniversarju tal-annessjoni tal-Krimea mar-Russja, miżura li ġiet ikkundannata diversi drabi mill-Parlament bħala ksur tad-dritt internazzjonali. F'dan ir-rigward, hu fakkar l-impenn tal-Parlament favur l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Ukrajna.
Fl-aħħar nett, hu semma s-sitwazzjoni fil-Venezwela, fejn ċerti żoni ilhom diversi ġranet mingħajr elettriku, b'konsegwenzi serji b'mod partikolari fuq is-saħħa pubblika.
4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
5. Verifika tal-kredenzjali
Fuq proposta tal-Kumitat JURI, il-Parlament iddeċieda li jikkonvalida l-mandati ta' Babette Winter u Aleksejs Loskutovs b'effett mid-dati tal-10 u l-14 ta' Jannar 2019, rispettivament.
6. Eżami tal-kompatibilità ta' missjoni fdata lil Membru
Matul il-laqgħa tiegħu tal-4 ta' Marzu 2019, il-Kumitat JURI pproċeda, skont l-Artikolu 4(5) tar-Regoli ta' Proċedura, bl-eżami tal-kompatibilità ta' missjoni temporanja fdata lil Alain Lamassoure mill-Prim Ministru ta' Franza rigward it-tagħlim tal-Istorja fl-Ewropa permezz tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett.
Il-Kumitat JURI ddeċieda li l-missjoni kienet kompatibbli mal-Att.
7. Interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura
Il-President informa lill-Parlament, skont l-Artikolu 226(3) tar-Regoli ta' Proċedura dwar l-interpretazzjoni li ġejja tal-Artikolu 171(1), l-ewwel subparagrafu, punt b tar-Regoli ta' Proċedura, mogħtija mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali li ġie kkonsultat dwar l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni:
"Jekk il-proposta għal att legalment vinkolanti, emendat jew mhux, tonqos milli tiżgura l-maġġoranza tal-voti mitfugħa fil-kumitat, il-kumitat jista' jipproponi lill-Parlament li jiċħad l-att."
Jekk din l-interpretazzjoni ma tiġix ikkontestata minn grupp politiku jew minn għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu minimu inferjuri, bi qbil mal-Artikolu 226 (4) tar-Regoli ta' Proċedura, fi żmien 24 siegħa wara li tkun tħabbret, għandu jitqies li ġiet adottata. Jekk le, titressaq għall-votazzjoni tal-Parlament.
8. Négociations avant la première lecture du Parlement (article 69 quater du règlement)
Il-President ħabbar id-deċiżjoni tal-kumitat responsabbli biex jidħol f'negozjati interistituzzjonali abbażi tar-rapport li ġej (bi qbil mal-Artikolu 69c(1) tar-Regoli ta' Proċedura):
— Kumitat IMCO: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/... u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 (COM(2018)0286 - C8-0194/2018 – 2018/0145(COD)). Rapporteur: Róża Thun und Hohenstein (A8-0151/2019).
Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada, li jittieħed vot fuq id-deċiżjoni għal dħul f'negozjati.
In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.
9. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
Bi qbil mal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għarraf lill-President tal-Parlament li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni fil-konfront ta':
— Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni imressqa skont l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/1799 fir-rigward tal-eżenzjoni tal-Bank of England mir-rekwiżiti ta' trasparenza ta' qabel u wara n-negozjar tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 (C(2019)00793 – 2019/2546(DEA)) (B8-0143/2019)
— Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni imressqa skont l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura li mhux se joġġezzjona għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta' entitajiet eżentati (C(2019)00794 – 2019/2547(DEA)) (B8-0144/2019)
— Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni imressqa skont l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-lista tal-entitajiet eżenti (C(2019)00791 -2019/2549(DEA)) (B8-0145/2019)
— Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni imressqa skont l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/522 rigward l-eżenzjoni tal-Bank tal-Ingilterra u tal-Uffiċċju tal-Ġestjoni tad-Dejn tar-Renju Unit mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 (C(2019)00792-2019/2550(DEA)) (B8-0146/2019)
— Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni imressqa skont l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/588 fir-rigward tal-possibbiltà li jiġi aġġustat l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal sehem meta ċ-ċentru tan-negozjar bl-ogħla fatturat ta' dak is-sehem ikun jinsab barra mill-Unjoni (C(2019)00904 - 2019/2579(DEA)) (B8-0149/2019).
Jekk tali rakkomandazzjonijiet ma jkunux is-suġġett ta' oppożizzjoni min-naħa ta' grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx sa mhux aktar tard minn erbgħa u għoxrin siegħa, jitqiesu approvati. Fil-każ kuntrarju, ikunu sottoposti għal votazzjoni.
Ir-rakkomandazzjonijiet huma disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament għall-perjodu ta' din is-sessjoni parzjali.
10. Talba għal proċedura urġenti (Artikolu 154 tar-Regoli ta' Proċedura)
Talba mill-Kummissjoni biex tiġi applikata l-proċedura ta' urġenza għal:
— Regoli relatati mal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni [COM(2019)0048 - C8-0037/2019- 2019/0009(COD)] - Kumitat PECH
— Awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni [COM(2019)0049 – C8-0036/2019 - 2019/0010(COD)] - Kumitat PECH
— Ċerti aspetti tas-sikurezza u tal-konnettività ferrovjarja fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni [COM(2019)0088 - C8-0046/2019 - 2019/0040(COD)] - Kumitat TRAN. Rapporteur: Ismail Ertug
Il-Parlament se jieħu deċiżjoni dwar it-talba għal proċedura ta' urġenza fil-bidu tas-seduta ta' għada.
11. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 13 ta' Marzu 2019 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (00072/2018/LEX - C8-0124/2019 - 2017/0224(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 fir-rigward ta' ċerti imposti fuq ħlas transkonfinali fl-Unjoni u l-imposti fuq il-kambju tal-munita (00091/2018/LEX - C8-0123/2019 - 2018/0076(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transfruntier ta' informazzjoni dwar in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni (riformulazzjoni) (00069/2018/LEX - C8-0122/2019 - 2017/0128(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet mistada fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/1139 u (UE) 2018/973, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008 (00078/2018/LEX - C8-0121/2019 - 2018/0074(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (kodifikazzjoni) (00079/2018/LEX - C8-0120/2019 - 2018/0263(COD))
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (00090/2018/LEX - C8-0119/2019 - 2017/0309(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 167/2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (00005/2019/LEX - C8-0118/2019 - 2018/0142(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' merkanzija kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 (00070/2018/LEX - C8-0117/2019 - 2017/0354(COD))
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija u r-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (00019/2019/LEX - C8-0115/2019 - 2018/0385(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (00080/2018/LEX - C8-0113/2019 - 2018/0123(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 (ir-Regolament dwar id-DNG) (00074/2018/LEX - C8-0112/2019 - 2017/0134(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem ta' dominju tal-ogħla livell .eu u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004 (00084/2018/LEX - C8-0111/2019 - 2018/0110(COD)).
- Ħatra ta' membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (05940/2019 - C8-0050/2019 - 2019/0801(NLE))
irriferut
responsabbli :
ECON
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (15056/2018 - C8-0051/2019 - 2016/0156(NLE))
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (10219/2016 - C8-0135/2017 - 2016/0121(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Ramona Nicole Mănescu (A8-0025/2019)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra (15093/2016 - C8-0107/2018 - 2015/0302(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Anna Elżbieta Fotyga (A8-0026/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 469/2009 dwar iċ-ċertifikat ta' protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (COM(2018)0317 - C8-0217/2018 - 2018/0161(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Luis de Grandes Pascual (A8-0039/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (COM(2018)0745 - C8-0483/2018 - 2018/0390(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Claude Moraes (A8-0047/2019)
- Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra (2015/0302M(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Anna Elżbieta Fotyga (A8-0058/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (COM(2018)0279 - C8-0191/2018 - 2018/0140(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Claudia Schmidt (A8-0060/2019)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali (10923/2018 - C8-0440/2018 - 2018/0238(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: József Nagy (A8-0070/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 billi tingħata Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni ta' Esportazzjoni fir-rigward ta' ċerti oġġetti b'użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (COM(2018)0891 - C8-0513/2018 - 2018/0435(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Klaus Buchner (A8-0071/2019)
- Rapport interim dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi Sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra (1998/0031R(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Ramona Nicole Mănescu (A8-0072/2019)
- Rapport dwar l-istat tar-relazzjonijiet politiċi UE-Russja (2018/2158(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Sandra Kalniete (A8-0073/2019)
- Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-ftehim ta' assoċjazzjoni bejn l-UE u Monaco, Andorra u San Marino (2018/2246(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Juan Fernando López Aguilar (A8-0074/2019)
- Rapport dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-UE rigward il-prevenzjoni u l-medjazzjoni tal-kunflitti (2018/2159(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Soraya Post (A8-0075/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kostau li jħassar l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill Nru 98/700/ĠAI, ir-Regolament Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2018)0631 - C8-0406/2018 - 2018/0330(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Roberta Metsola (A8-0076/2019)
- Rapport dwar il-perjodu wara r-Rebbiegħa Għarbija: it-triq' il quddiem għar-reġjun MENA (2018/2160(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Brando Benifei (A8-0077/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008, ir-Regolament (KE) Nru 810/2009, ir-Regolament (UE) 2017/2226, ir-Regolament (UE)2016/399, ir-Regolament XX/2018 [ir-Regolament tal-Interoperabilità], u d-Deċiżjoni 2004/512/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI (COM(2018)0302 - C8-0185/2018 - 2018/0152(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Carlos Coelho (A8-0078/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jħassar [ir-Regolament dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà] u r-Regolament (UE) Nru 375/2014 (COM(2018)0440 - C8-0264/2018 - 2018/0230(COD)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Michaela Šojdrová (A8-0079/2019)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex isiru Parti, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Approċċ Integrat ta' Sikurezza, Sigurtà u Servizz f'Partiti tal-Futbol u Avvenimenti Sportivi Oħra (CETS Nru. 218) (12527/2018 - C8-0436/2018 - 2018/0116(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Sylvia-Yvonne Kaufmann (A8-0080/2019)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni ta' dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (15832/2018 - C8-0035/2019 - 2018/0316(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Monica Macovei (A8-0081/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula d-dispożizzjonijiet għat-tkomplija tal-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim li huma għaddejjin taħt il-programm Erasmus+ fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ("ir-Renju Unit") mill-Unjoni Ewropea. (COM(2019)0065 - C8-0040/2019 - 2019/0030(COD)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Bogdan Andrzej Zdrojewski (A8-0082/2019)
- *** Rakkomandazzjoni dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (10861/2018 - C8-0445/2018 - 2018/0272(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Heidi Hautala (A8-0083/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Netwerk ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni (COM(2018)0630 - C8-0404/2018 - 2018/0328(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Julia Reda (A8-0084/2019)
- ***I Rapport dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (COM(2019)0055 - C8-0041/2019 - 2019/0027(COD)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Iskra Mihaylova (A8-0085/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (COM(2018)0296 - C8-0190/2018 - 2018/0148(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Michał Boni (A8-0086/2019)
- Rapport interim dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Fond Monetarju Ewropew (2017/0333R(APP)) - Kumitat BUDG - Kumitat ECON - Rapporteur: Vladimír Maňka - Rapporteur: Pedro Silva Pereira (A8-0087/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri (COM(2018)0473 - C8-0272/2018 - 2018/0249(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Tanja Fajon (A8-0089/2019)
- Rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 978/2012 dwar is-SĠP (2018/2107(INI)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Christofer Fjellner (A8-0090/2019)
- Rapport dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar it-Turkija (SWD(2018)0153 - 2018/2150(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Kati Piri (A8-0091/2019)
- * Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar il-varar fir-Renju Unit tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA (13123/2018 - C8-0474/2018 - 2018/0812(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Branislav Škripek (A8-0092/2019)
- Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (2018/0272M(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Heidi Hautala (A8-0093/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (COM(2018)0471 - C8-0271/2018 - 2018/0248(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Miriam Dalli (A8-0106/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna (COM(2018)0472 - C8-0267/2018 - 2018/0250(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Monika Hohlmeier (A8-0115/2019)
- * Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (riformulazzjoni) (COM(2018)0346 - C8-0381/2018 - 2018/0176(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Miguel Viegas (A8-0117/2019)
- * Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (05940/2019 - C8-0050/2019 - 2019/0801(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Roberto Gualtieri (A8-0144/2019)
- * Rapport dwar il-proposta għall-ħatra tal-President tal-Awtorità Bankarja Ewropea (N8-0028/2019 - C8-0052/2019 - 2019/0902(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Roberto Gualtieri (A8-0146/2019)
- Rapport dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N8-0021/2019 - C8-0042/2019 - 2019/0901(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Roberto Gualtieri (A8-0148/2019)
- Rapport dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2019 (2018/2119(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Tom Vandenkendelaere (A8-0159/2019)
- Rapport Rapport strateġiku annwali dwar l-implimentazzjoni u t-twettiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) (2018/2279(INI)) - Kumitat DEVE - Kumitat ENVI - Rapporteur: Eleni Theocharous - Rapporteur: Francesc Gambús (A8-0160/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' miżuri ta' kontinġenza fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali wara l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea (COM(2019)0053 - C8-0039/2019 - 2019/0019(COD)) - Kumitat EMPL - Rapporteurs: Marian Harkin, Jean Lambert (A8-0161/2019)
- Rapport dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2019 (2018/2120(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Marian Harkin (A8-0162/2019)
- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Monika Hohlmeier (2019/2002(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Jean-Marie Cavada (A8-0165/2019)
- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Dominique Bilde (2018/2267(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Kostas Chrysogonos (A8-0166/2019)
- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-Marie Le Pen (2018/2247(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Kostas Chrysogonos (A8-0167/2019)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (05083/2015 - C8-0022/2019 - 2014/0327(NLE)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Francisco Assis (A8-0168/2019)
13. Deċiżjonijiet dwar ċerti dokumenti
Modifiki tal-konsultazzjonijiet mal-Kumitati(Artikolu 53 tar-Regoli ta' Proċedura)
Kumitati EMPL, LIBE, TRAN
- Konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (21105/1/2018 – C8-0031/2019 – 2018/0427(NLE)) irriferut lill-kumitat responsabbli: AFCO opinjoni: AFET, INTA, EMPL, ENVI, TRAN, JURI, LIBE
14. Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsijiet li ġejjin b'talba għal tweġiba orali segwita minn dibattitu ddaħħlu fl-aġenda (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):
— O-000001/2019 imressqa minn John Flack, Fabio Massimo Castaldo, Arne Gericke, Fredrick Federley, Ivo Vajgl, Karin Kadenbach, Pirkko Ruohonen-Lerner, Julie Ward, Marco Zullo, Eleonora Evi, Michèle Rivasi, Stelios Kouloglou, Sven Giegold, Bart Staes, Keith Taylor, Michela Giuffrida, Paul Brannen, Pavel Poc, David Martin, Stefan Eck, Sirpa Pietikäinen, Jacqueline Foster, Tilly Metz, Davor Škrlec, Georgi Pirinski, Tonino Picula, Jiří Pospíšil, Tunne Kelam, Zdzisław Krasnodębski, Kosma Złotowski, Isabella De Monte, Anja Hazekamp, Kostas Chrysogonos, Klaus Buchner, Pascal Durand, Younous Omarjee, Jill Evans, Guillaume Balas u Dominique Bilde, lill-Kummissjoni: Ir-regoli dwar il-benessri tal-annimali fl-akkwakultura (B8-0015/2019)
— O-000022/2019 imressqa minn Claude Moraes, f'isem il-Kumitat LIBE, lill-Kummissjoni: Id-Drittijiet Fundamentali tal-Persuni ta' Dixxendenza Afrikana (B8-0016/2019).
15. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul il-perjodu tas-sessjoni ta' Diċembru 2018 hija disponibbli fuq is-sit web tal-Parlament.
16. Ordni tal-ħidma
L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Marzu 2019 (PE 636.011/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):
Interventi ta' Terry Reintke dwar il-parteċipazzjoni mħabbra mill-President fit-13-il Kungresss Dinji tal-Familji li se jsir f'Verona (l-Italja) bejn id-29 u l-31 ta' Marzu 2019 (il-President iċċara xi punti), Gerard Batten, Piernicola Pedicini u Sophia in 't Veld, li kkummentaw dwar is-suġġett imqajjem minn Terry Reintke (il-President ikkonferma li mhux se jipparteċipa fil-Kungress ta' Verona).
° ° ° °
It-Tnejn
Talba mill-Grupp ECR biex tiddaħħal, bħala t-tmien punt tal-aġenda, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għargħar fi Kreta. Id-dibattitu ingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se jitressqu għall-votazzjoni nhar il-Ħamis.
Intervent ta': Notis Marias, f'isem il-Grupp ECR, li ġġustifika t-talba.
Intervent ta': Pervenche Berès biex tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li hi ma setgħetx tivvota.
It-Tlieta
Talba mill-Grupp PPE biex jinbidel it-titolu tad-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà "Reġim Ewropew ta' sanzjonijiet għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem" (punt 123 tal-abbozz definittiv tal-aġenda) għal "Il-Liġi Magnistky fi ħdan l-UE (ir-reġim ta' sanzjonijiet għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem)".
Interventi ta' Cristian Dan Preda, f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifika t-talba, u Judith Sargentini, kontra din it-talba.
Talba tal-Grupp S&D sabiex jiddaħħal, bħala s-sitt punt tal-aġenda ta' waranofsinhar, dibattitu dwar ir-rapport Morten Løkkegaard "Rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi" (A8-0188/2017), inizjalment inkluż fil-votazzjoni tal-Erbgħa (punt 13 tal-abbozz definittiv tal-aġenda).
Intervent ta': Olga Sehnalová, f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifikat it-talba.
Talba tal-Grupp ALDE biex tiddaħħal, bħala t-tielet punt tal-aġenda, wara r-rapport ta' Kati Piri "Rapport tal-2018 dwar it-Turkija" (A8-0091/2019) (punt 16 tal-abbozz definittiv tal-aġenda), dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni ta' emerġenza fil-Venezwela.
Id-dibattitu se jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se jitressqu għall-votazzjoni nhar il-Ħamis.
Interventi ta' Javier Nart, f'isem il-Grupp ALDE, li ġġustifika t-talba, Esteban González Pons f'isem il-Grupp PPE, li appoġġaha u Philippe Lamberts kontra din it-talba.
Il-Parlament approva t-talba.
Ġew stabbiliti l-iskadenzi għat-tressiq li ġejjin:
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: it-Tlieta, 12 ta' Marzu 2019 f'nofsinhar.
Emendi għal mozzjonijiet għal riżoluzzjoni u mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni: l-Erbgħa, 13 ta' Marzu 2019 f'nofsinhar.
Emendi għal mozzjonijiet għal riżoluzzjoni komuni: l-Erbgħa, 13 ta' Marzu 2019 fis-13.00.
Talbiet għal votazzjonijiet separati u talbiet għal votazzjonijiet maqsuma: l-Erbgħa, 13 ta' Marzu 2019 fis-19.00.
Il-Ħamis
Talba tal-Gruppi Verts/ALE u EFDD biex id-dibattitu dwar il-mistoqsija b'talba għal tweġiba orali rigward ir-"Regoli dwar it-trattament xieraq tal-annimali fl-akkwakultura" (punt 148 tal-abbozz definittiv tal-aġenda) jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se jittieħed vot dwarhom fil-perjodu ta' sessjoni li jmiss.
Interventi ta' Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifika t-talba, u Dobromir Sośnierz, kontra din it-talba.
17. Skambju ta’ informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) ***I - Sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni mingħajr Stat (ECRIS-TCN) ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS), u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI [COM(2016)0007 - C8-0012/2016 - 2016/0002(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Daniel Dalton (A8-0219/2016)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni mingħajr Stat (TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (is-sistema ECRIS-TCN) u tkun ta’ sostenn għaliha u li jemenda r-Regolament (UE) Nru. 1077/2011 [COM(2017)0344 - C8-0217/2017 - 2017/0144(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Daniel Dalton (A8-0018/2018)
Il-votazzjoni dwar id-deċiżjoni li jsiru n-negozjati interistituzzjonali saret fid-data tat-8 ta' Frar 2018 (punt 12.6 tal-Minuti ta' 8.2.2018)
Interventi ta' Bernd Kölmel (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG), Pál Csáky f'isem il-Grupp PPE, Anna Hedh f'isem il-Grupp S&D, Helga Stevens f'isem il-Grupp ECR, Angelika Mlinar f'isem il-Grupp ALDE, Romeo Franz f'isem il-Grupp Verts/ALE, Emil Radev u Ruža Tomašić.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Bogdan Andrzej Zdrojewski u Notis Marias.
18. L-istabbiliment tal-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm tal-Korp Ewropewta' Solidarjetà u li jħassar [ir-Regolament dwar il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà] u r-Regolament (UE) Nru 375/2014 [COM(2018)0440 - C8-0264/2018 - 2018/0230(COD)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Michaela Šojdrová (A8-0079/2019)
Michaela Šojdrová ppreżentat ir-rapport.
Intervent ta': Eleni Theocharous (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE).
Intervent ta': Tibor Navracsics (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta' Tiemo Wölken (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG), Ivana Maletić (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat REGI), Bogdan Andrzej Zdrojewski f'isem il-Grupp PPE, Silvia Costa f'isem il-Grupp S&D, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp ALDE, Helga Trüpel f'isem il-Grupp Verts/ALE, Nikolaos Chountis f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bill Etheridge f'isem il-Grupp EFDD, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Grapini, Kostas Papadakis Membru mhux affiljat, u Enrique Guerrero Salom.
PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS Viċi President
Interventi ta' Julie Ward u Momchil Nekov.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo u Notis Marias.
Interventi ta' Tibor Navracsics u Michaela Šojdrová.
19. Att tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà ***I - L-istabbiliment taċ-Ċentru ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Netwerk ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ENISA, l-"Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà" li jħassar ir-Regolament (UE) 526/2013, u li jikkonċerna ċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni ("l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà") [COM(2017)0477 - C8-0310/2017 - 2017/0225(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Angelika Niebler (A8-0264/2018)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Netwerk ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni [COM(2018)0630 - C8-0404/2018 - 2018/0328(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Julia Reda (A8-0084/2019)
Angelika Niebler u Julia Reda ppreżentaw ir-rapporti.
Intervent ta': Nicola Danti (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO).
Intervent ta': Andrus Ansip (Viċi President tal-Kummissjoni).
Interventi ta' John Howarth (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG), Maria Grapini (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Romeo Franz (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat LIBE), Paul Rübig f'isem il-Grupp PPE, Peter Kouroumbashev f'isem il-Grupp S&D, Zdzisław Krasnodębski f'isem il-Grupp ECR, Pavel Telička f'isem il-Grupp ALDE, Jakop Dalunde f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jaromír Kohlíček f'isem il-Grupp GUE/NGL, Christelle Lechevalier f'isem il-Grupp ENF, Seán Kelly, Jens Geier, Ralph Packet, Angelika Mlinar, Marisa Matias, Andreas Schwab, Carlos Zorrinho u Eva Kaili.
PRESIDENZA: Bogusław LIBERADZKI Viċi President
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Franc Bogovič, Nicola Caputo, Notis Marias u Bogdan Andrzej Zdrojewski.
Interventi ta' Andrus Ansip, Angelika Niebler u Julia Reda.
20. Prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel [COM(2018)0173 - C8-0139/2018 - 2018/0082(COD)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Paolo De Castro (A8-0309/2018)
Il-votazzjoni dwar id-deċiżjoni li jsiru n-negozjati interistituzzjonali saret fid-data tal-25 ta' Ottubru 2018 (punt 13.3 tal-Minuti ta' 25.10.2018).
Paolo De Castro ippreżenta r-rapport.
Intervent ta': Marc Tarabella (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO).
Intervent ta': Phil Hogan (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta' Pilar Ayuso (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Mairead McGuinness f'isem il-Grupp PPE, Nicola Caputo f'isem il-Grupp S&D, Anthea McIntyre f'isem il-Grupp ECR, Elsi Katainen f'isem il-Grupp ALDE, Maria Heubuch f'isem il-Grupp Verts/ALE, Matt Carthy f'isem il-Grupp GUE/NGL, Marco Zullo f'isem il-Grupp EFDD, John Stuart Agnew f'isem il-Grupp ENF, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Mairead McGuinness, Dobromir Sośnierz Membru mhux affiljat, Czesław Adam Siekierski, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Dobromir Sośnierz, Clara Aguilera, James Nicholson, Giancarlo Scottà, Michel Dantin, Eric Andrieu, Bas Belder, Philippe Loiseau, Daniel Buda, Maria Gabriela Zoană, Innocenzo Leontini, Gilles Lebreton, Ricardo Serrão Santos, Franc Bogovič, Karine Gloanec Maurin, Sofia Ribeiro, Michela Giuffrida, Othmar Karas, Seán Kelly, Marijana Petir, Andreas Schwab u Linda McAvan (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE).
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Momchil Nekov, Notis Marias, Hilde Vautmans, Miguel Viegas, Giulia Moi, Caterina Chinnici u Olga Sehnalová.
21. Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-UE u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali *** - Ftehim ta' Sħubija Volontarju UE/Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (riżoluzzjoni) (dibattitu)
Rakkomandazzjoni dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali [10861/2018 - C8-0445/2018 - 2018/0272(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Heidi Hautala (A8-0083/2019)
Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali [10861/2018 - C8-0445/2018 - 2018/0272M(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Heidi Hautala (A8-0093/2019)
Heidi Hautala ppreżentat ir-rakkomandazzjoni u r-rapport.
Intervent ta': Andrus Ansip (Viċi President tal-Kummissjoni).
Interventi ta' Jan Zahradil (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE), Jarosław Wałęsa f'isem il-Grupp PPE, Neena Gill f'isem il-Grupp S&D, Elsi Katainen f'isem il-Grupp ALDE, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Doru-Claudian Frunzulică.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias u Dobromir Sośnierz.
22. Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej [COM(2017)0482 - C8-0308/2017 - 2017/0220(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: György Schöpflin (A8-0226/2018)
Il-votazzjoni dwar id-deċiżjoni li jinbdew negozjati interistituzzjonali saret fil-5 ta' Lulju 2018 (punt 6.5 tal-Minuti ta' 5_7.2018)
Intervent ta': Andrus Ansip (Viċi President tal-Kummissjoni).
Interventi ta' Angel Dzhambazki (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT), Cristian Dan Preda (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat PETI), Pál Csáky f'isem il-Grupp PPE, Sylvia-Yvonne Kaufmann f'isem il-Grupp S&D, Notis Marias f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Jean-Luc Schaffhauser, u Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp ALDE.
PRESIDENZA: Pavel TELIČKA Viċi President
Interventi ta' Josep-Maria Terricabras f'isem il-Grupp Verts/ALE, Barbara Spinelli f'isem il-Grupp GUE/NGL, Eleonora Evi f'isem il-Grupp EFDD, Carlos Coelho, Ramón Jáuregui Atondo u Jarosław Wałęsa.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Fabio Massimo Castaldo, Julie Ward, Kostadinka Kuneva u Luke Ming Flanagan.
23. L-istat tar-relazzjonijiet politiċi UE-Russja (dibattitu)
Rapport dwar l-istat tar-relazzjonijiet politiċi UE-Russja [2018/2158(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Sandra Kalniete (A8-0073/2019)
Sandra Kalniete ppreżentat ir-rapport.
Intervent ta': Tibor Navracsics (Membru tal-Kummissjoni) f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.
Interventi ta' Cristian Dan Preda f'isem il-Grupp PPE, Liisa Jaakonsaari f'isem il-Grupp S&D, Anna Fotyga f'isem il-Grupp ECR, Hilde Vautmans f'isem il-Grupp ALDE, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jonathan Arnott f'isem il-Grupp EFDD, u Jean-Luc Schaffhauser f'isem il-Grupp ENF.
Interventi ta' Tibor Navracsics u Sandra Kalniete.
Rapport dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-UE rigward il-prevenzjoni u l-medjazzjoni tal-kunflitti [2018/2159(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Soraya Post (A8-0075/2019)
Soraya Post għamlet il-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Julie Ward u Notis Marias.
Intervent ta': Tibor Navracsics (Membru tal-Kummissjoni).
25. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:
Siegfried Mureşan, Fabio Massimo Castaldo, Costas Mavrides, Pál Csáky, Nicola Caputo, Notis Marias, Florent Marcellesi, Emilian Pavel, Kateřina Konečná, Marian Harkin, Josep-Maria Terricabras, Urszula Krupa, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Miguel Urbán Crespo, Julie Ward, Ana Miranda, Răzvan Popa, Rory Palmer, Gerard Batten, Lynn Boylan, Gilles Lebreton u Dobromir Sośnierz.
26. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" 636.011/OJMA).
27. Għeluq tas-seduta
Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 23.32.
28. Għeluq tas-sessjoni annwali
Is-sessjoni ta' 2018-2019 tal-Parlament Ewropew ingħalqet.
Bi qbil mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, il-Parlament kellu jiltaqa' l-għada t-Tlieta, 12 ta' Marzu 2019 fid-09.00.