Rapport dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-ftehim ta' assoċjazzjoni bejn l-UE u Monaco, Andorra u San Marino [2018/2246(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Juan Fernando López Aguilar (A8-0074/2019)
Juan Fernando López Aguilar ippreżenta r-rapport.
Intervent ta': Neven Mimica (Membru tal-Kummissjoni) f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.
PRESIDENZA: David Maria SASSOLI Viċi President
Interventi ta' Željana Zovko f'isem il-Grupp PPE, Brando Benifei f'isem il-Grupp S&D, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Jordi Solé f'isem il-Grupp Verts/ALE, Santiago Fisas Ayxelà u Francisco Assis.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Bill Etheridge, Ramon Tremosa i Balcells, Notis Marias u José Inácio Faria.
Interventi ta' Neven Mimica u Juan Fernando López Aguilar.