Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi [COM(2015)0615 - C8-0387/2015 - 2015/0278(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Morten Løkkegaard (A8-0188/2017)
L-ewwel dibattitu sar fid-data tat-13 ta' Settembru 2017 (punt 16 tal-Minuti ta' 13.9.2017). Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data tal-14 ta' Settembru 2017 (punt 8.1 tal-Minuti ta' 14.9.2017).
Morten Løkkegaard ippreżenta r-rapport.
Intervent ta': Ádám Kósa (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL).
Interventi ta' Julie Ward (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT), Kostadinka Kuneva (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat PETI), Andreas Schwab f'isem il-Grupp PPE, Olga Sehnalová f'isem il-Grupp S&D, Jana Žitňanská f'isem il-Grupp ECR, Igor Šoltes f'isem il-Grupp Verts/ALE, Dieter-Lebrecht Koch, Nicola Danti u Sirpa Pietikäinen.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Helga Stevens, Bill Etheridge, Notis Marias u Izaskun Bilbao Barandica.