Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emendar tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi [COM(2018)0134 - C8-0117/2018 - 2018/0060(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteurs: Esther de Lange u Roberto Gualtieri (A8-0440/2018)
Il-votazzjoni dwar id-deċiżjoni li jinbdew negozjati interistituzzjonali saret fit-13 ta' Diċembru 2018 (punt 9.1 tal-Minuti ta' 13.12.2018).
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)
Interventi ta' Matt Carthy, f'isem il-Grupp GUE/NGL, biex jitlob li l-emendi jitressqu għal votazzjoni qabel il-ftehim proviżorju, skont l-Artikolu 59(3) tar-Regoli ta' Proċedura, u Roberto Gualtieri (rapporteur) kontra din it-talba.