Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 25 ta' Marzu 2019 - Strasburgu

3. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
CRE

Il-President tkellem dwar l-attakki terroristiċi riċenti f'Utrecht, in-Netherlands, u f'Christchurch, New Zealand, li ħallew bosta persuni mejta u midruba. Huwa offra l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi u fakkar fil-ħtieġa li jissaħħu l-isforzi kontra kull tip ta' vjolenza u diskriminazzjoni.

Huwa esprima s-soldarjetà tiegħu wkoll mal-vittmi tal-ċiklun Idai li laqat liż-Żimbabwe, lill-Malawi u b'mod partikolari lill-Mozambique u kkawża bosta mwiet u ħsara materjali enormi.

Fl-aħħar nett, il-President għamel dikjarazzjoni fl-okkazjoni tas-70 anniversarju tad-deportazzjonijiet bil-massa tal-Baltiċi lejn is-Siberja.

Il-Parlament osserva minuta silenzju.

Aġġornata l-aħħar: 26 ta' Ġunju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza