B'segwitu għal rakkomandazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Imġiba tal-Membri tal-Parlament, il-President tal-Parlament iddeċieda li jissanzjona lil Marcus Pretzell, f'konformità mal-Artikolu 166 tar-Regoli ta' Proċedura, minħabba nuqqas ta' osservanza tal-obbligi dikjarattivi stabbiliti fil-Kodiċi ta' Kondotta u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu. Is-sanzjoni tikkonsisti fi twiddiba.
Din id-deċiżjoni ġiet innotifikata lill-persuna kkonċernata fit-22 ta' Marzu 2019.
F'konformità mal-Artikolu 167 tar-Regoli ta' Proċedura, Marcus Pretzell għandu massimu ta' ġimgħatejn min-notifika tas-sanzjoni biex jagħmel appell intern kontra din id-Deċiżjoni quddiem il-Bureau.