7. Rettifiki (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-Kumitat ENVI bagħat dawn ir-rettifiki għat-testi adottati mill-Parlament Ewropew:
— Rettifika P8_TA(2017)0107(COR01) tar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1-175). - (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari tal-5 ta' April 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament imsemmi hawn taħt P8_TA(2017)0107) - (10728/4/2016 – C8-0104/2017 – 2012/0266(COD))
— Rettifika P8_TA(2017)0108(COR01)tar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176-332) - (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari tal-5 ta' April 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament imsemmi hawn taħt P8_TA(2017)0108) - (10729/4/2016 – C8-0105/2017 – 2012/0267(COD)).
Ir-rettifiki huma disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.
Bi qbil mal-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn ir-rettifikijitqiesu approvati sakemm fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa mit-tħabbir tagħhom, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwarhom.