Is-sessjoni li ġiet interrotta l-Ħamis 14 ta' Marzu 2019 tkompliet.
2. Ftuħ tas-seduta
Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.06.
3. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
Il-President tkellem dwar l-attakki terroristiċi riċenti f'Utrecht, in-Netherlands, u f'Christchurch, New Zealand, li ħallew bosta persuni mejta u midruba. Huwa offra l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi u fakkar fil-ħtieġa li jissaħħu l-isforzi kontra kull tip ta' vjolenza u diskriminazzjoni.
Huwa esprima s-soldarjetà tiegħu wkoll mal-vittmi tal-ċiklun Idai li laqat liż-Żimbabwe, lill-Malawi u b'mod partikolari lill-Mozambique u kkawża bosta mwiet u ħsara materjali enormi.
Fl-aħħar nett, il-President għamel dikjarazzjoni fl-okkazjoni tas-70 anniversarju tad-deportazzjonijiet bil-massa tal-Baltiċi lejn is-Siberja.
Il-Parlament osserva minuta silenzju.
4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
° ° ° °
Intervent ta': Antanas Guoga.
5. Talba għall-ħarsien tal-immunità
Mario Borghezio indirizza talba lill-President għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet tiegħu fil-qafas ta' proċedura ġudizzjarja mressqa kontrih quddiem il-prosekutur tal-Qorti ta' Imperia.
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba ġiet irriferuta lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.
6. Avviż mill-Presidenza
B'segwitu għal rakkomandazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Imġiba tal-Membri tal-Parlament, il-President tal-Parlament iddeċieda li jissanzjona lil Marcus Pretzell, f'konformità mal-Artikolu 166 tar-Regoli ta' Proċedura, minħabba nuqqas ta' osservanza tal-obbligi dikjarattivi stabbiliti fil-Kodiċi ta' Kondotta u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu. Is-sanzjoni tikkonsisti fi twiddiba.
Din id-deċiżjoni ġiet innotifikata lill-persuna kkonċernata fit-22 ta' Marzu 2019.
F'konformità mal-Artikolu 167 tar-Regoli ta' Proċedura, Marcus Pretzell għandu massimu ta' ġimgħatejn min-notifika tas-sanzjoni biex jagħmel appell intern kontra din id-Deċiżjoni quddiem il-Bureau.
7. Rettifiki (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-Kumitat ENVI bagħat dawn ir-rettifiki għat-testi adottati mill-Parlament Ewropew:
— Rettifika P8_TA(2017)0107(COR01) tar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1-175). - (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari tal-5 ta' April 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament imsemmi hawn taħt P8_TA(2017)0107) - (10728/4/2016 – C8-0104/2017 – 2012/0266(COD))
— Rettifika P8_TA(2017)0108(COR01)tar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176-332) - (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari tal-5 ta' April 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament imsemmi hawn taħt P8_TA(2017)0108) - (10729/4/2016 – C8-0105/2017 – 2012/0267(COD)).
Ir-rettifiki huma disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.
Bi qbil mal-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn ir-rettifikijitqiesu approvati sakemm fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa mit-tħabbir tagħhom, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwarhom.
8. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, illum se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti ta' sikurezza u konnettività ferrovjarja fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (00072/2019/LEX - C8-0147/2019 - 2019/0040(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-kontinwazzjoni ta' attivitajiet ta' mobbiltà fit-tagħlim li jkunu għaddejjin taħt il-programm Erasmus+ stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1288/2013, fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (00055/2019/LEX - C8-0146/2019 - 2019/0030(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2403 fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni (00036/2019/LEX - C8-0145/2019 - 2019/0010(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta' ċerti regoli relatati mal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (00035/2019/LEX - C8-0144/2019 - 2019/0009(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (00022/2019/LEX - C8-0143/2019 - 2018/0299(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni li jiżguraw il-konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u tal-passiġġieri bit-triq fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (00067/2019/LEX - C8-0142/2019 - 2018/0436(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 billi tingħata awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni ta' esportazzjoni fir-rigward ta' ċerti oġġetti b'użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit (00023/2019/LEX - C8-0141/2019 - 2018/0435(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta' kontinġenza fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (00062/2019/LEX - C8-0140/2019 - 2019/0019(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward proċedura ta' verifika relatata mal-ksur ta' regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew (00014/2019/LEX - C8-0139/2019 - 2018/0336(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (00013/2019/LEX - C8-0138/2019 - 2018/0298(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni biex tiġi żgurata konnettività bażika fit-trasport bl-ajru fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (00068/2019/LEX - C8-0137/2019 - 2018/0433(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (00017/2019/LEX - C8-0136/2019 - 2018/0434(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex ikunu jistgħu jitkomplew il-programmi għall-kooperazzjoni territorjali PEACE IV (l-Irlanda - ir-Renju Unit) u għar-Renju Unit - l-Irlanda (l-Irlanda - l-Irlanda ta' Fuq - l-Iskozja) fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (00012/2019/LEX - C8-0135/2019 - 2018/0432(COD)).
9. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (06929/2019 - C8-0133/2019 - 2018/0214(NLE))
irriferut
responsabbli :
JURI
opinjoni :
INTA, ENVI, AGRI
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015 (06781/2019 - C8-0134/2019 - 2017/0107(NLE))
irriferut
responsabbli :
INTA
opinjoni :
AGRI
2) mill-kumitati parlamentari
- Rapport dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[52]] - C8-0370/2018 - 2018/2219(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Inés Ayala Sender (A8-0088/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni (COM(2018)0372 - C8-0227/2018 - 2018/0197(COD)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Andrea Cozzolino (A8-0094/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[46]] - C8-0364/2018 - 2018/2213(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Martina Dlabajová (A8-0095/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (COM(2018)0521[[03]] - C8-0320/2018 - 2018/2168(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Arndt Kohn (A8-0096/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri (COM(2018)0521[[05]] - C8-0322/2018 - 2018/2171(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Arndt Kohn (A8-0097/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja (COM(2018)0521[[04]] - C8-0321/2018 - 2018/2169(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Arndt Kohn (A8-0098/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew (COM(2018)0521[[08]] - C8-0325/2018 - 2018/2174(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Arndt Kohn (A8-0099/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (COM(2018)0521[[06]] - C8-0323/2018 - 2018/2172(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Arndt Kohn (A8-0100/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni (COM(2018)0521[[07]] - C8-0324/2018 - 2018/2173(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Arndt Kohn (A8-0101/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[51]] - C8-0369/2018 - 2018/2218(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Martina Dlabajová (A8-0102/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[47]] - C8-0365/2018 - 2018/2214(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Martina Dlabajová (A8-0103/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[48]] - C8-0366/2018 - 2018/2215(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Martina Dlabajová (A8-0104/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (FCH) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[49]] - C8-0367/2018 - 2018/2216(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Martina Dlabajová (A8-0105/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa', tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0519 - C8-0328/2018 - 2018/2177(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Marco Valli (A8-0107/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima I - Il-Parlament Ewropew (COM(2018)0521[[02]] - C8-0319/2018 - 2018/2167(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Claudia Schmidt (A8-0108/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (COM(2018)0521[[10]] - C8-0327/2018 - 2018/2176(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Arndt Kohn (A8-0109/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi (COM(2018)0521[[01]] - C8-0318/2018 - 2018/2166(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Inés Ayala Sender (A8-0110/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi "Erasmus": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 (COM(2018)0367 - C8-0233/2018 - 2018/0191(COD)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Milan Zver (A8-0111/2019)
- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 940/2014/UE f'dak li jirrigwarda l-prodotti li huma eliġibbli għal eżenzjoni jew tnaqqis tad-dazju tal-baħar (COM(2018)0825 - C8-0034/2019 - 2018/0417(CNS)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Iskra Mihaylova (A8-0112/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[38]] - C8-0356/2018 - 2018/2205(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0113/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[39]] - C8-0357/2018 - 2018/2206(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0114/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (COM(2018)0521[[09]] - C8-0326/2018 - 2018/2175(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Arndt Kohn (A8-0116/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[45]] - C8-0363/2018 - 2018/2212(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Martina Dlabajová (A8-0118/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[11]] - C8-0329/2018 - 2018/2178(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0119/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[22]] - C8-0340/2018 - 2018/2189(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0120/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[27]] - C8-0345/2018 - 2018/2194(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0121/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[17]] - C8-0335/2018 - 2018/2184(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0122/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[41]] - C8-0359/2018 - 2018/2208(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0123/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[35]] - C8-0353/2018 - 2018/2202(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0124/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[31]] - C8-0349/2018 - 2018/2198(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0125/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[44]] - C8-0362/2018 - 2018/2211(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Martina Dlabajová (A8-0126/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[15]] - C8-0333/2018 - 2018/2182(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0127/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[23]] - C8-0341/2018 - 2018/2190(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0128/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[25]] - C8-0343/2018 - 2018/2192(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0129/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[21]] - C8-0339/2018 - 2018/2188(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0130/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[20]] - C8-0338/2018 - 2018/2187(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0131/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (ESA) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[32]] - C8-0350/2018 - 2018/2199(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0132/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[30]] - C8-0348/2018 - 2018/2197(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0133/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[24]] - C8-0342/2018 - 2018/2191(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0134/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[18]] - C8-0336/2018 - 2018/2185(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0135/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[13]] - C8-0331/2018 - 2018/2180(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0136/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[36]] - C8-0354/2018 - 2018/2203(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0137/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[16]] - C8-0334/2018 - 2018/2183(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0138/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[14]] - C8-0332/2018 - 2018/2181(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0139/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll (COM(2018)0521[[43]] - C8-0361/2018 - 2018/2210(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0140/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[37]] - C8-0355/2018 - 2018/2204(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0141/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[29]] - C8-0347/2018 - 2018/2196(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0142/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[12]] - C8-0330/2018 - 2018/2179(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0143/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja) (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[42]] - C8-0360/2018 - 2018/2209(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0145/2019)
- Rapport dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-Ftehim Qafas Istituzzjonali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera (2018/2262(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Doru-Claudian Frunzulică (A8-0147/2019)
- Rapport dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-ftehim komprensiv il-ġdid bejn l-UE u l-Użbekistan (2018/2236(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: David McAllister (A8-0149/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[34]] - C8-0352/2018 - 2018/2201(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0150/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/... u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 (COM(2018)0286 - C8-0194/2018 - 2018/0145(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Róża Gräfin von Thun und Hohenstein (A8-0151/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[40]] - C8-0358/2018 - 2018/2207(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0152/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[28]] - C8-0346/2018 - 2018/2195(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0153/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) (qabel l-1 ta' Mejju 2017: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[33]] - C8-0351/2018 - 2018/2200(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0154/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[19]] - C8-0337/2018 - 2018/2186(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0155/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 (COM(2018)0366 - C8-0237/2018 - 2018/0190(COD)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Silvia Costa (A8-0156/2019)
- Rapport dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-Proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, lill-Kunsill għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi (2018/2237(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Hilde Vautmans (A8-0157/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA) (li issa saret l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[26]] - C8-0344/2018 - 2018/2193(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A8-0158/2019)
- Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521[[50]] - C8-0368/2018 - 2018/2217(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Martina Dlabajová (A8-0163/2019)
- Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (09547/2018 - C8-0021/2019 - 2018/0080(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Cristian Dan Preda (A8-0164/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twaqqaf il-bidliet staġonali fil-ħin u tħassar id-Direttiva 2000/84/KE (COM(2018)0639 - C8-0408/2018 - 2018/0332(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Marita Ulvskog (A8-0169/2019)
- Rapport dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa (2018/2121(INI)) - Kumitat TAX3 - Rapporteurs: Jeppe Kofod, Luděk Niedermayer (A8-0170/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (COM(2018)0460 - C8-0275/2018 - 2018/0243(COD)) - Kumitati AFET, DEVE - Rapporteurs: Pier Antonio Panz, Cristian Dan Preda, Frank Engel, Charles Goerens (A8-0173/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) (COM(2018)0465 - C8-0274/2018 - 2018/0247(COD)) - Kumitat AFET - Rapporteurs: José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Knut Fleckenstein (A8-0174/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli (COM(2018)0353 - C8-0207/2018 - 2018/0178(COD)) - Kumitati ECON, ENVI - Rapporteurs: Bas Eickhout, Sirpa Pietikäinen (A8-0175/2019)
- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jørn Dohrmann (2018/2277(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Evelyn Regner (A8-0178/2019)
10. Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsija għal tweġiba orali b'dibattitu li ġejja ddaħħlet fl-aġenda (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura)
— O-000015/2019 imressqa minn Claude Moraes, f'isem il-Kumitat LIBE, lill-Kummissjoni: Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE, partikolarment f'Malta u fis-Slovakkja (B8-0017/2019)
11. Interpellanzi maġġuri (Artikolu 130b tar-Regoli ta' Proċedura)(tressiq)
L-interpellanza maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu tqiegħdet fuq il-Mejda (Artikolu 130b tar-Regoli ta' Proċedura)
— G-000001/2019 imressqa minn Daniel Buda, Theodor Dumitru Stolojan, Marian-Jean Marinescu, Adina-Ioana Vălean, Cristian-Silviu Buşoi, Mihai Ţurcanu, Csaba Sógor, Siegfried Mureşan, Emil Radev, Milan Zver, Romana Tomc, Ivana Maletić, Michaela Šojdrová, Marijana Petir, Dubravka Šuica, Danuta Jazłowiecka, Krzysztof Hetman, Franc Bogovič, Anna Záborská, Željana Zovko, Marek Plura, Dariusz Rosati, Tamás Deutsch, Kinga Gál, Norbert Erdős, László Tőkés, Andrea Bocskor, András Gyürk, György Schöpflin, Andor Deli, Pál Csáky, Vladimir Urutchev, Michał Boni, Lívia Járóka, Andrey Kovatchev, Asim Ademov, Stanislav Polčák, Eva Maydell, Ivica Tolić u Alojz Peterle, lill-Kummissjoni: Ksur tad-drittijiet tat-tfal li l-ġenituri tagħhom jaħdmu fl-Awstrija (B8-0018/2019).
12. Ordni tal-ħidma
L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Marzu II 2019 (PE 637.634/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):
It-Tnejn
Talba tal-grupp ALDE biex jingħalaq id-dibattitu dwar mistoqsija għal tweġiba orali dwar "Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE, b'mod speċifiku f'Malta u fis-Slovakkja" (punt 117 tal-PDOJ) bit-tressiq ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat LIBE, li se titressaq għall-votazzjoni l-Ħamis.
Interventi ta' Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, li ġġustifikat it-talba, Monika Smolková li ssuġġeriet li l-votazzjoni ssir fis-sessjoni parzjali li jmiss, Sophie in't Veld biex issostni t-talba tagħha, u Monika Smolková.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: it-Tlieta 26 ta' Marzu 2019, 12.00.
Emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni u l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunta: tal-Erbgħa 27 ta' Marzu 2019, 12.00.
Emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunta: tal-Erbgħa 27 ta' Marzu 2019, 13.00.
Talbiet għal votazzjonijiet separati u talbiet għal votazzjonijiet maqsuma: tal-Erbgħa 27 ta' Marzu 2019, 19.00.
It-Tlieta
Talba tal-Gruppi ENF u GUE/NGL biex ir-rapport ta' Hilde Vautmans dwar id-"Deċiżjoni li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi" (A8-0157/2019), oriġinarjament maħsub għall-ħin tal-votazzjonijiet tat-Tlieta (punt 20 tal-PDOJ), isiru dibattitu u votazzjoni dwaru skont l-Artikolu 113(6) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-President ippropona li d-dibattitu jiddaħħal bħala l-aħħar punt tal-aġenda ta' nhar l-Erbgħa.
Il-Parlament approva l-proposta.
L-iskadenza għat-tressiq tal-emendi ġiet stabbilita għal nhar l-Erbgħa 27 ta' Marzu 2019, 13.00.
Talba tal-Grupp ENF biex jiddaħħlu, bħala t-tieni punt tal-aġenda ta' filgħodu, id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1208 tat-23 ta' Diċembru 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Italja implimentat favur il-Banca Tercas. Għaldaqstant, is-seduta tibda fit-8.30.
Intervent ta' Marco Zanni f'isem il-Grupp ENF, li ġġustifika t-talba.
Il-President ta indikazzjonijiet dwar il-possibbiltà ta' emendi għall-Pakkett tal-"Mobilità".
° ° ° °
Intervent ta': Bas Eickhout dwar l-inammissibbiltà ta' emenda, imressqa mill-Grupp S&D, dwar ir-rapport ta' Inés Ayala Sender dwar il-"Kwittanza 2017: Baġit Ġenerali tal-UE - Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi" (A8-0110/2019) (il-President ikkonferma l-inammissibbiltà ta' din l-emenda).
° ° ° °
Talba minn għadd ta' Membri li jilħqu l-limitu baxx u mill-Gruppi ECR u EFDD biex ineħħu mill-aġenda d-dibattitu u l-votazzjoni dwar id-disskussjoni komuni dwar l-għadd ta' miżuri dwar il-Pakkett “Mobilità”, li jinkludi tliet rapporti ta' Ismail Ertug, Merja Kyllönen u Wim van de Camp (punti 113, 114 u 115 tal-PDOJ).
Interventi ta' Andrey Novakov, li ġġustifika t-talba f'isem għadd ta' Membri li jilħqu l-limitu baxx, Kosma Złotowski, li ġġustifika t-talba f'isem il-Grupp ECR, u Ismail Ertug (rapporteur) kontra t-talba.
Interventi ta' Karima Delli u Antanas Guoga (il-President iċċara xi punti).
Talba tal-Grupp PPE biex fl-aġenda ta' wara nofsinhar tiddaħħal dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-theddida għas-sigurtà mit-tixrid rapidu ta' kontenut terrorsitiku online.
Interventi ta' Roberta Metsola f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifikat it-talba, u Daniel Dalton, kontra t-talba.
13. Rapport dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa (dibattitu)
Rapport dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa [2018/2121(INI)] - Kumitat Speċjali dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa. Rapporteurs: Jeppe Kofod u Luděk Niedermayer (A8-0170/2019)
Jeppe Kofod u Luděk Niedermayer ippreżentaw ir-rapport.
Intervent ta': Pierre Moscovici (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta' Werner Langen f'isem il-Grupp PPE, Evelyn Regner f'isem il-Grupp S&D, Roberts Zīle f'isem il-Grupp ECR, Petr Ježek f'isem il-Grupp ALDE, Molly Scott Cato f'isem il-Grupp Verts/ALE, Miguel Urbán Crespo f'isem il-Grupp GUE/NGL, David Coburn f'isem il-Grupp EFDD, Dobromir Sośnierz Membru mhux affiljat, Othmar Karas, Paul Tang, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' David Coburn, Pirkko Ruohonen-Lerner, Eva Joly, Matt Carthy, Lampros Fountoulis, Anne Sander, Alfred Sant, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Ana Gomes, Sven Giegold, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Thomas Mann, Martin Schirdewan, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Dobromir Sośnierz, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Ana Gomes, David Casa, Peter Simon, Brian Hayes u Emil Radev.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Bogdan Andrzej Zdrojewski, Nicola Caputo, Ramón Jáuregui Atondo, Ruža Tomašić, Julie Ward, Ernest Urtasun, Monika Beňová, Jordi Solé, Pervenche Berès u Miguel Viegas.
14. Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE, b'mod speċifiku f'Malta u fis-Slovakkja (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali O-000015/2019 imressqa minn Claude Moraes, f'isem il-Kumitat LIBE, lill-Kummissjoni: Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE, b'mod speċifiku f'Malta u fis-Slovakkja (B8-0017/2019)
Sophia in 't Veld (flok l-awtur) daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
Interventi ta' Roberta Metsola f'isem il-Grupp PPE, Josef Weidenholzer f'isem il-Grupp S&D, Pirkko Ruohonen-Lerner f'isem il-Grupp ECR, Sven Giegold f'isem il-Grupp Verts/ALE, Barbara Spinelli f'isem il-Grupp GUE/NGL, Laura Ferrara f'isem il-Grupp EFDD, Pál Csáky, Monika Smolková, Tomáš Zdechovský, Alfred Sant u Asim Ademov.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': José Inácio Faria, Miriam Dalli, Ana Gomes, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Miriam Dalli, Monika Beňová, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Sophia in 't Veld u Juan Fernando López Aguilar.
Intervent ta': Věra Jourová.
Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu bi qbil mal-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.
Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għat-twaqqif tal-bidliet staġonali fil-ħin u li tħassar id-Direttiva 2000/84/KE [COM(2018)0639 - C8-0408/2018 - 2018/0332(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Marita Ulvskog (A8-0169/2019)
Intervent ta': Bolesław G. Piecha (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI).
PRESIDENZA: David-Maria SASSOLI Viċi President
Interventi ta' Sven Schulze (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Igor Šoltes (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Ulrike Müller (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Pavel Svoboda (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI), Wim van de Camp f'isem il-Grupp PPE, Liisa Jaakonsaari f'isem il-Grupp S&D, Kosma Złotowski f'isem il-Grupp ECR, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp ALDE, Jakop Dalunde f'isem il-Grupp Verts/ALE, Merja Kyllönen f'isem il-Grupp GUE/NGL, Daniela Aiuto f'isem il-Grupp EFDD, Joëlle Mélin f'isem il-Grupp ENF, Dieter-Lebrecht Koch, Momchil Nekov, Mark Demesmaeker, Gesine Meissner, James Carver, Eva Maydell, James Nicholson, Peter Liese, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Seán Kelly, Annie Schreijer-Pierik, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Matthijs van Miltenburg, Andrzej Grzyb, Werner Langen, Alojz Peterle, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Werner Langen, u Peter van Dalen, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Annie Schreijer-Pierik.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Indrek Tarand, Davor Škrlec, João Pimenta Lopes u José Blanco López.
16. Regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku ***I - Is-suq intern tal-elettriku ***I - Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija ***I - It-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (riformulazzjoni) [COM(2016)0864 - C8-0495/2016 - 2016/0380(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Jerzy Buzek (A8-0044/2018)
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni) [COM(2016)0861 - C8-0492/2016 - 2016/0379(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Jerzy Buzek (A8-0042/2018)
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (riformulazzjoni) [COM(2016)0863 - C8-0494/2016 - 2016/0378(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Morten Helveg Petersen (A8-0040/2018)
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE [COM(2016)0862 - C8-0493/2016 - 2016/0377(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Flavio Zanonato (A8-0039/2018)
Martina Werner (li tissostitwixxi r-rapporteur Jerzy Buzek), Morten Helveg Petersen u Flavio Zanonato ippreżentaw ir-rapport.
PRESIDENZA: Evelyne GEBHARDT Viċi President
Intervent ta': Miguel Arias Cañete (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta' Carlos Zorrinho (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Werner Langen f'isem il-Grupp PPE, Martina Werner f'isem il-Grupp S&D, Angelika Mlinar f'isem il-Grupp ALDE, Florent Marcellesi f'isem il-Grupp Verts/ALE, Cornelia Ernst f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jonathan Bullock f'isem il-Grupp EFDD, Christelle Lechevalier f'isem il-Grupp ENF, José Blanco López, Davor Škrlec, Miroslav Poche u Zdzisław Krasnodębski.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Seán Kelly u Nicola Caputo.
Interventi ta' Miguel Arias Cañete, Morten Helveg Petersen u Flavio Zanonato.
Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE [COM(2018)0184 - C8-0149/2018 - 2018/0089(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Geoffroy Didier (A8-0447/2018)
Interventi ta' Pavel Svoboda f'isem il-Grupp PPE, Mady Delvaux f'isem il-Grupp S&D, Matthijs van Miltenburg f'isem il-Grupp ALDE, Gilles Lebreton f'isem il-Grupp ENF, Christel Schaldemose, Ralph Packet f'isem il-Grupp ECR, u Evelyne Gebhardt.
Miguel Arias Cañete (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Interventi ta' Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy f'isem il-Grupp S&D, Mark Demesmaeker f'isem il-Grupp ECR, Gerben-Jan Gerbrandy f'isem il-Grupp ALDE, Bas Eickhout f'isem il-Grupp Verts/ALE, Merja Kyllönen f'isem il-Grupp GUE/NGL, Eleonora Evi f'isem il-Grupp EFDD, Christel Schaldemose, Kosma Złotowski u Karima Delli.
Intervent ta': Miguel Arias Cañete.
Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.
Intervent ta': Gerben-Jan Gerbrandy biex jitlob lill-Kummissjoni twieġeb bil-miktub il-mistoqsijiet li għadhom miftuħa (il-President ingħaqad mat-talba tal-kelliem).
19. It-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 [COM(2018)0296 - C8-0190/2018 - 2018/0148(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Michał Boni (A8-0086/2019)
Michał Boni ppreżenta r-rapport.
Intervent ta': Miguel Arias Cañete (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta' Edouard Martin f'isem il-Grupp S&D, Jozo Radoš f'isem il-Grupp ALDE, u Carlos Zorrinho.
20. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:
László Tőkés, Julie Ward, Jasenko Selimovic, Jordi Solé, João Pimenta Lopes, Dobromir Sośnierz, Michaela Šojdrová, Momchil Nekov, Branislav Škripek, Miroslavs Mitrofanovs, José Inácio Faria, Andrejs Mamikins, Anna Záborská, Nicola Caputo u Martina Anderson.
21. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 637.634/OJMA).