Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali [COM(2015)0634 - C8-0394/2015 - 2015/0287(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteurs: Evelyne Gebhardt u Axel Voss (A8-0375/2017)
Rapport dwar il-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [COM(2017)0637 - C8-0379/2017 - 2015/0288(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Pascal Arimont (A8-0043/2018)
Evelyne Gebhardt, Axel Voss u Pascal Arimont ippreżentaw ir-rapport.
Interventi ta' Heidi Hautala (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI), Eva Maydell f'isem il-Grupp PPE, Virginie Rozière f'isem il-Grupp S&D, Daniel Dalton f'isem il-Grupp ECR, Dita Charanzová f'isem il-Grupp ALDE, Marco Zullo f'isem il-Grupp EFDD, Mylène Troszczynski f'isem il-Grupp ENF, Carlos Coelho, Lucy Anderson, Antanas Guoga, Christel Schaldemose u Dariusz Rosati.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová u Maria Grapini.
Interventi ta' Věra Jourová, Evelyne Gebhardt, Axel Voss u Pascal Arimont.