Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 [COM(2016)0157 - C8-0123/2016 - 2016/0084(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Mihai Ţurcanu (A8-0270/2017)
L-ewwel dibattitu sar fid-data 23 ta' Ottubru 2017 (punt 17 tal-Minuti ta' 23.10.2017) Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, għal negozjati interistituzzjonali, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data 24 ta' Ottubru 2017 (punt 5.7 tal-Minuti ta' 24.10.2017)
Mihai Ţurcanu ippreżenta r-rapport.
Interventi ta' Elisabetta Gardini (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI) u Jan Huitema (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI).
Intervent ta': Frans Timmermans (l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni).
Interventi ta' Franc Bogovič f'isem il-Grupp PPE, Marc Tarabella f'isem il-Grupp S&D, Czesław Hoc f'isem il-Grupp ECR, Elsi Katainen f'isem il-Grupp ALDE, Martin Häusling f'isem il-Grupp Verts/ALE, Stefan Eck f'isem il-Grupp GUE/NGL, Mylène Troszczynski f'isem il-Grupp ENF, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' John Stuart Agnew, Dariusz Rosati, Clara Aguilera u Paolo De Castro.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Annie Schreijer-Pierik u Michaela Šojdrová.
Interventi ta' Frans Timmermans u Mihai Ţurcanu.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni:punt 18.7 tal-Minuti ta' 28.3.2019.
(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit sa ma sar il-ħin għall-votazzjonijiet).