21. Elenkar tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (Kosovo) ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (il-Kosovo) [COM(2016)0277 - C8-0177/2016 - 2016/0139(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Tanja Fajon (A8-0261/2016)
Il-votazzjoni dwar id-deċiżjoni biex jibdew negozjati interistituzzjonali saret fid-data 13 ta' Settembru 2018 (punt 10.7 tal-Minuti ta' 13.9.2018).
Interventi ta' Igor Šoltes (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET), Asim Ademov f'isem il-Grupp PPE, Birgit Sippel f'isem il-Grupp S&D, Anders Primdahl Vistisen f'isem il-Grupp ECR, Angelika Mlinar f'isem il-Grupp ALDE, Bodil Valero f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marie-Christine Vergiat f'isem il-Grupp GUE/NGL, Auke Zijlstra f'isem il-Grupp ENF, Georgios Epitideios Membru mhux affiljat, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, li wieġeb ukoll żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Marie-Christine Vergiat u Tanja Fajon, Andrejs Mamikins, Ruža Tomašić, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Paul Rübig, Jasenko Selimovic, Dominique Bilde, Lukas Mandl, Tonino Picula, Jacques Colombier, Julie Ward, li rrifjutat mistoqsija “karta blu” ta' Dobromir Sośnierz, u dan tal-aħħar biex jitlob li jiġu eżaminati l-proposti ta' Julie Ward (il-President ħa nota).
Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Dubravka Šuica.
Interventi ta' Dimitris Avramopoulos u Tanja Fajon.