Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 28 ta' Marzu 2019 - Strasburgu

8. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-Parlament.


8.1. Elenkar tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (Kosovo) ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (il-Kosovo) [COM(2016)0277 - C8-0177/2016 - 2016/0139(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Tanja Fajon (A8-0261/2016)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

Il-votazzjoni dwar id-deċiżjoni biex jibdew negozjati interistituzzjonali saret fid-data 13 ta' Settembru 2018 (punt 10.7 tal-Minuti ta' 13.9.2018)

PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0319)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.2. Il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni) [COM(2017)0753 - C8-0019/2018 - 2017/0332(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Michel Dantin (A8-0288/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

L-ewwel dibattitu sar fid-data 22 ta' Ottubru 2018 (punt 16 tal-Minuti ta' 22.10.2018)
Il-votazzjoni dwar id-deċiżjoni biex jibdew negozjati interistituzzjonali saret fid-data 23 ta' Ottubru 2018 (punt 7.13 tal-Minuti ta' 23.10.2018)

GĦELUQ TAL-EWWEL QARI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0320)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.3. Oqfsa ta' ristrutturar preventiv u tat-tieni opportunità, kif ukoll miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar oqfsa ta' ristrutturar preventiv u tat-tieni opportunità, kif ukoll miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn u li temenda d-Direttiva 2012/30/UE [COM(2016)0723 - C8-0475/2016 - 2016/0359(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Angelika Niebler (A8-0269/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0321)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.4. L-eżerċizzju tad-dritt tal-awtur u ta' drittijiet relatati li japplikaw għal ċerti trażmissjonijiet online u għal trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-awtur u ta' drittijiet relatati li japplikaw għal ċerti trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir u għal trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju [COM(2016)0594 - C8-0384/2016 - 2016/0284(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Pavel Svoboda (A8-0378/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0322)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.5. L-istabbiliment tal-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 [COM(2018)0366 - C8-0237/2018 - 2018/0190(COD)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Silvia Costa (A8-0156/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0323)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.6. 'Erasmus': il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi "Erasmus": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 [COM(2018)0367 - C8-0233/2018 - 2018/0191(COD)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Milan Zver (A8-0111/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0324)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.7. It-twaqqif ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli [COM(2018)0353 - C8-0207/2018 - 2018/0178(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteurs: Bas Eickhout u Sirpa Pietikäinen (A8-0175/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0325)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.8. Estimi tad-dħul u l-infiq għas-sena finanzjarja 2020 – Taqsima I – Il-Parlament Ewropew (votazzjoni)

Rapport dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2020 [2019/2003(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Vladimír Maňka (A8-0182/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0326)


8.9. Is-sitwazzjoni ta' emerġenza fil-Venezwela (votazzjoni)

Id-dibattitu sar fid-data 12 ta' Marzu 2019 (punt 19 tal-Minuti ta' 12.3.2019)
Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni tħabbru fid-data 28 ta' Marzu 2019 (punt 2 tal-Minuti ta' 28.3.2019).

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B8-0225/2019, B8-0226/2019, B8-0227/2019, B8-0228/2019 u B8-0229/2019

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA RC-B8-0225/2019

(flok B8-0225/2019, B8-0227/2019 u B8-0229/2019):

imressqa mill-Membri li ġejjin:

—   José Ignacio Salafranca Sánchez Neyra, Luis de Grandes Pascual, Cristian Dan Preda, David McAllister, Sandra Kalniete, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Paulo Rangel, Nuno Melo, Gabriel Mato, José Inácio Faria, Antonio López Istúriz White, Francisco José Millán Mon, Cláudia Monteiro de Aguiar, Laima Liucija Andrikienė, Lorenzo Cesa, Ivan Štefanec, Eduard Kukan, Tunne Kelam, Manolis Kefalogiannis, Julia Pitera, Fernando Ruas u Anna Maria Corazza Bildt, f'isem il-Grupp PPE;

—   Karol Karski, Jadwiga Wiśniewska, Anna Elżbieta Fotyga, Monica Macovei, Ryszard Czarnecki, Ryszard Antoni Legutko u Charles Tannock, f'isem il-Grupp ECR;

—   Javier Nart, Dita Charanzová, Beatriz Becerra Basterrechea, Izaskun Bilbao Barandica, María Teresa Giménez Barbat, Marian Harkin, Ivan Jakovčić, Ilhan Kyuchyuk, Louis Michel, Urmas Paet, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Carolina Punset, Jozo Radoš, Frédérique Ries, Marietje Schaake, Ramon Tremosa i Balcells, Johannes Cornelis van Baalen, Hilde Vautmans u Mirja Vehkaperä, f'isem il-Grupp ALDE.

Adozzjoni (P8_TA(2019)0327)

(Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B8-0226/2019 u B8-0228/2019 iddekadew.)


8.10. Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE, b'mod speċifiku f'Malta u fis-Slovakkja (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura:

—   Sophia in 't Veld, f'isem il-Kumitat LIBE, dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE, b'mod speċifiku f'Malta u fis-Slovakkja (2018/2965(RSP)) (B8-0230/2019).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0328)


8.11. Żviluppi riċenti rigward l-iskandlu Dieselgate (votazzjoni)

Id-dibattitu sar fid-data 25 ta' Marzu 2019 (punt 18 tal-Minuti ta' 25.3.2019).
Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni tħabbru fid-data 28 ta' Marzu 2019 (punt 3 tal-Minuti ta' 28.3.2019).

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B8-0222/2019, B8-0223/2019 u B8-0224/2019

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI B8-0222/2019

Adozzjoni (P8_TA(2019)0329)

(Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta RC-B8-0223/2019 li tieħu post il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B8-0223/2019 u B8-0224/2019 hija dekaduta.)

Interventi

Eleonora Evi, qabel il-votazzjoni tal-emenda 7 biex titlob verifika elettronika tal-votazzjoni tal-emenda 9.


8.12. Deċiżjoni li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi (votazzjoni)

Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-Proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, lill-Kunsill għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi [2018/2237(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Hilde Vautmans (A8-0157/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0330)

°
° ° °

Intervent ta': Anna Maria Corazza Bildt biex tikkundana l-bumbardamenti riċenti fil-Jemen (il-President ingħaqdet ma' dawn il-proposti u ser tibgħathom lill-President tal-Parlament).

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Awwissu 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza