Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 28 ta' Marzu 2019 - Strasburgu

14. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/2251 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data sa meta l-kontropartijiet jistgħu jkomplu japplikaw il-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju tagħhom għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP (C(2019)02530 - 2019/2679(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 1 xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment ta' 28 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2205, ir-Regolament Delegat (UE) 2016/592 u r-Regolament Delegat (UE) 2016/1178 li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data li fiha l-obbligu tal-ikklirjar jidħol fis-seħħ għal ċerti tipi ta' kuntratti (C(2019)02533 - 2019/2680(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 1 xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment ta' 28 ta' Marzu 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Awwissu 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza