Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 3 ta' April 2019 - Brussell

3. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
Rapporti Verbatim

Il-President esprima t-tħassib tal-Parlament fir-rigward ta' Laura Codruţa Kövesi, kandidat tal-Parlament għall-pożizzjoni ta' Kap Prosekutur Ewropew, li tqiegħdet taħt kontroll ġudizzjarju mill-awtoritajiet Rumeni, il-Ħamis, 28 ta' Marzu 2019, u li, fost restrizzjonijiet oħrajn għal-libertajiet individwali tagħha, jżommha milli tħalli pajjiżha u milli tindirizza lill-Istampa. Il-President jerġa' jafferma l-appoġġ u l-fiduċja tal-Parlament f'Laura Codruţa Kövesi. Filwaqt li jfakkar fil-prinċipju tan-noninterferenza fl-azzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji, huwa talab lill-awtoritajiet Rumeni biex jirrispettaw il-prinċipju tal-kooperazzjoni sinċiera bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet u biex ma jostakolawx il-parteċipazzjoni ta' Laura Codruţa Kövesi fil-proċess sħiħ tal-għażla għall-pożizzjoni ta' Kap Prosekutur Ewropew.

Intervent ta': Josef Weidenholzer, li qabel mal-proposti tal- President.

°
° ° °

Interventi ta' Daniele Viotti, li ddenunzja l-introduzzjoni mill-ġdid tal-piena tal-mewt fi Brunei permezz ta' tħaġġir minħabba l-omosesswalità u raġunijiet oħrajn (Il-President ifakkar fl-oppożizzjoni soda tal-Parlament kontra l-piena tal-mewt fid-dinja kollha, tkun xi tkun ir-raġuni), u Lívia Járóka.

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Awwissu 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza