Rapport dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "Dwana" għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana [COM(2018)0442 - C8-0261/2018 - 2018/0232(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Maria Grapini (A8-0464/2018)
Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data tal-15 ta' Jannar 2019 (punt 8.8 tal-Minuti ta' 15.1.2019)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri [COM(2018)0474 - C8-0273/2018 - 2018/0258(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Jiří Pospíšil (A8-0460/2018)
Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data tal-15 ta' Jannar 2019 (punt 8.1 tal-Minuti ta' 15.1.2019).
Maria Grapini u Jiří Pospíšil ippreżentaw ir-rapport.
Intervent ta': Ivan Štefanec (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG).
Interventi ta' Arndt Kohn, f'isem il-Grupp S&D, Jasenko Selimovic f'isem il-Grupp ALDE, Mylène Troszczynski f'isem il-Grupp ENF, u Dobromir Sośnierz Membru mhux affiljat.
PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU Viċi President
Interventi ta' Violeta Bulc, Maria Grapini u Jiří Pospíšil.