Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 4 ta' April 2019 - Brussell

5. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura) (azzjonijiet meħuda)

Il-President ħabbar l-avviżi li ġejjin:

—   ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat ECON li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament delegat (UE) 2016/2251 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data sa meta l-kontropartijiet jistgħu jkomplu japplikaw il-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju tagħhom għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn CCP ((C(2019)02530 - 2019/2679(DEA)) (B8-0234/2019) tħabbret fil-plenarja tal-lbieraħ, l-Erbgħa, 3 ta' April 2019 (punt 6 tal-Minuti ta' 3.4.2019);

—   ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat ECON li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2205, ir-Regolament Delegat (UE) 2016/592 u r-Regolament Delegat (UE) 2016/1178 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data li fiha l-obbligu tal-ikklirjar jidħol fis-seħħ għal ċerti tipi ta' kuntratti (C(2019)02533 - 2019/2680(DEA)) (B8-0235/2019) tħabbret fil-plenarja tal-lbieraħ, l-Erbgħa, 3 ta' April 2019 (punt 6 tal-Minuti ta' 3.4.2019).

Ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet qabel l-iskadenza stabbilita.

Għaldaqstant, dawn ir-rakkomandazzjonijiet tqiesu bħala approvati u se jiġu ppubblikati fit-testi adottati tas-seduta tal-lum.

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Ġunju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza