6.4. Elenkar tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni [COM(2018)0745 - C8-0483/2018 - 2018/0390(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Sergei Stanishev (A8-0047/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)
Interventi ta' Ashley Fox f'isem il-Grupp ECR, biex jitlob għar-rapport dwar il-votazzjoni skont l-Artikolu 190 tar-Regoli ta' Proċedura, u Iratxe García Pérez kontra din it-talba.
Permezz ta' VE (161 favur, 392 kontra, 28 astensjoni), il-Parlament irrifjuta din it-talba.
Interventi ta' Julie Girling, f'isem għadd ta' Membri li jilħaq il-limitu baxx, biex titlob li l-emendi jittieħed vot dwarhom qabel il-ftehim provviżorju, skont l-Artikolu 59(3) tar-Regoli ta' Proċedura, u Esteban González Pons kontra din it-talba.