Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE [COM(2017)0253 - C8-0137/2017 - 2017/0085(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: David Casa (A8-0270/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 16)
Interventi ta' Tania González Peñas, f'isem il-Grupp GUE/NGL, biex titlob li l-emendi jittieħed vot dwarhom qabel il-ftehim provviżorju, skont l-Artikolu 59(3) tar-Regoli ta' Proċedura, u David Casa (rapporteur), kontra din it-talba.