Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 15 ta' April 2019 - Strasburgu

3. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
Rapporti Verbatim

Il-President għamel dikjarazzjoni dwar il-każ tar-rebbieħ tal-Premju Sakharov 2012 Nasrin Sotoudeh, li ngħatat sentenza ħarxa mill-qrati Iranjani minħabba l-impenn tagħha favur id-drittijiet tal-bniedem. Il-President, f'isem il-Parlament, ikkundanna mingħajr riżerva din is-sentenza u talab il-ħelsien immedjat tagħha.

Il-President esprima l-kondoljanzi tal-Parlament lill-familji tal-vittmi tal-għargħar devastanti li laqtu reċentement lill-Iran u enfasizza r-rieda tal-Unjoni li tgħin sabiex tittaffa s-sitwazzjoni umanitarja f'dan il-pajjiż.

Il-President għamel dikjarazzjoni fl-okkażjoni ta' tmiem il-leġiżlatura fejn fakkar fir-rwol ċentrali tal-Parlement u evalwa l-mandat tiegħu.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Lulju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza