Il-mistoqsijiet li ġejjin b'talba għal tweġiba orali segwita minn dibattitu ddaħħlu fl-aġenda (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):
— O-000003/2019 imressqa minn Danuta Maria Hübner, f'isem il-Kumitat AFCO, lill-Kunsill: Negozjati mal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dritt ta' inkjesta tal-Parlament: proposta leġiżlattiva (B8-0019/2019);
— O-000004/2019 imressqa minn Danuta Maria Hübner, f'isem il-Kumitat AFCO, lill-Kummissjoni: Negozjati mal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dritt ta' inkjesta tal-Parlament: proposta leġiżlattiva (B8-0020/2019).