L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' April II 2019 (PE 637.987/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):
It-Tlieta
Bi qbil mal-gruppi politiċi, il-President ippropona li jitressqu 'l quddiem mill-Erbgħa għat-Tlieta filgħodu, bħala l-ewwel punt tal-aġenda, id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (punt 129 tal-PDOJ).
Il-Parlament qabel.
° ° ° °
Intervent ta': Thomas Waitz.
It-Tnejn
Talba mill-Grupp ECR biex tiddaħħal fl-aġenda, qabel l-interventi ta' minuta, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rikonoxximent tal-ġenoċidju Griek Pontiku tal-1914-1923. Id-dibattitu se jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.
Intervent ta': Notis Marias f'isem il-Grupp ECR, li ġġustifika t-talba.
Talba mill-Grupp GUE/NGL biex jiddaħħlu fl-aġenda, b'mod konġunt mad-dibattitu dwar ir-rapport Virginie Rozière dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni (A8-0398/2018) (punt 55 tal-PDOJ), id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar it-theddidiet kontra d-drittijiet u l-integrità tal-informaturi: il-każ ta' Julian Assange.
Interventi ta' Estefanía Torres Martínez f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba, Eva Joly f'isem il-Grupp Verts/ALE, li staqsiet jekk il-każ ta' Julian Assange għandux pjuttost ikun is-suġġett ta' dibattitu separat għada t-Tlieta, u Javier Nart, kontra t-talba tal-grupp GUE/NGL.
Talba mill-PPE biex titneħħa mill-aġenda l-votazzjoni fuq ir-rapport Ingeborg Grässle dwar l-investigazzjonijiet immexxija mill-OLAF u l-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (A8-0179/2019) (punt 16 tal-PDOJ).
Interventi ta' Ingeborg Gräßle f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifikat it-talba, u Arndt Kohn, kontra t-talba.
Talba mill-Grupp GUE/NGL biex tiddaħħal fl-aġenda, bħala t-tielet punt ta' waranofsinhar, dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar ir-rikonoxximent mill-Istati Uniti tal-Għoljiet tal-Golan bħala territorju Iżraeljan u l-annessjoni possibbli ta' insedjamenti Iżraeljani.
Intervent ta': Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba.
Talba mill-Grupp GUE/NGL biex tiddaħħal fl-aġenda dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fis-Sudan, mingħajr tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.
Interventi ta' João Pimenta Lopes f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifika t-talba, u Victor Boştinaru, kontra t-talba.
Il-Parlament approva t-talba.
Talba mill-Grupp Verts/ALE biex jiddaħħlu fl-aġenda d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-estradizzjoni possibbli ta' Julian Assange.
Talba mill-Grupp S&D biex jiddaħħal fl-aġenda, bħala l-ewwel punt tal-aġenda, dibattitu dwar ir-rapport Guillaume Balas dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (A8-0386/2018).
Interventi ta' Maria João Rodrigues f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifikat it-talba, Sven Schulze, kontra t-talba, Guillaume Balas u Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL.
Ġew stabbiliti l-iskadenzi li ġejjin għat-tressiq ta':
emendi : it-Tlieta 16 ta' April 2019, 10.00
talbiet ta' votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma : l-Erbgħa 17 ta' April 2019, 16.00
Il-votazzjoni se ssir il-Ħamis.
Talba mill-Grupp EFDD biex jiddaħħlu fl-aġenda dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-identità diġitali universali: dritt fundamentali għal kull ċittadin Ewropew. Id-dibattitu se jingħalaq bit-tressiq tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se jitressqu għall-vot il-Ħamis.
Intervent ta': Fabio Massimo Castaldo f'isem il-Grupp EFDD, li ġġustifika t-talba.