16. Distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv ***I - L-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv [COM(2018)0092 - C8-0111/2018 - 2018/0041(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Wolf Klinz (A8-0430/2018)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 u (UE) Nru 346/2013 [COM(2018)0110 - C8-0110/2018 - 2018/0045(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Wolf Klinz (A8-0431/2018)
Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).
Interventi ta' Alain Lamassoure f'isem il-Grupp PPE, Mady Delvaux f'isem il-Grupp S&D, Notis Marias f'isem il-Grupp ECR, Stefan Gehrold, Neena Gill u Sirpa Pietikäinen.