Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2017/0232(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

A8-0011/2019

Dibattiti :

PV 15/04/2019 - 19
CRE 15/04/2019 - 19

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2019 - 8.17

Testi adottati :

P8_TA(2019)0375

Minuti
It-Tnejn, 15 ta' April 2019 - Strasburgu

19. Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u swieq finanzjarji ***I - Is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u l-istabbiliment tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku ***I - Is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u l-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) ***I (dibattitu)
CRE

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea); ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol); ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq); ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju; ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej; ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji; ir-Regolament (UE) Nru 2015/760 dwar il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil; ir-Regolament (UE) Nru 2016/1011 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment; ir-Regolament (UE) 2017/1129 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat; u d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu [COM(2017)0536 - C8-0319/2017 - 2017/0230(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteurs: Othmar Karas u Pervenche Berès (A8-0013/2019)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku [COM(2017)0538 - C8-0317/2017 - 2017/0232(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteurs: Othmar Karas u Pervenche Berès (A8-0011/2019)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u d-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) [COM(2017)0537 - C8-0318/2017 - 2017/0231(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteurs: Othmar Karas u Pervenche Berès (A8-0012/2019)

Othmar Karas u Pervenche Berès ippreżentaw ir-rapport.

Interventi ta' Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni) u Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta' Danuta Maria Hübner (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFCO), Sirpa Pietikäinen f'isem il-Grupp PPE, Neena Gill f'isem il-Grupp S&D, Notis Marias f'isem il-Grupp ECR, Matt Carthy f'isem il-Grupp GUE/NGL, Sven Giegold f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Paul Tang.

Interventi ta' Valdis Dombrovskis, Othmar Karas u Pervenche Berès.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.16 tal-Minuti ta' 16.4.2019, punt 8.17 tal-Minuti ta' 16.4.2019 u punt 8.18 tal-Minuti ta' 16.4.2019.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Lulju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza