18. Interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura (azzjonijiet meħuda)
L-interpretazzjonijiet tal-Artikoli 32, paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż u 149a, paragrafu 2 tar-Regoli ta' Proċedura, mogħtija mill-Kumitat AFCO, tħabbru fil-plenarja tal-ġurnata ta' qabel (punt 7 tal-Minuti ta' 15.4.2019).
Il-Grupp EFDD oppona l-interpretazzjoni tal-Artikolu 32, paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż tar-Regoli ta' Proċedura fl-iskadenza ta' 24 siegħa stabbilita fl-Artikolu 226, paragrafu 4 tar-Regoli ta' Proċedura.
Konsegwentement, din l-interpretazzjoni ddaħħlet fil-ħin tal-votazzjonijiet tal-Erbgħa 17 ta' April 2019.
L-interpretazzjoni tal-Artikolu 149a, paragrafu 2 tar-Regoli ta' Proċedura ma kienet soġġetta għall-ebda oppożizzjoni fl-iskadenza ta' 24 siegħa. Din l-interpretazzjoni għaldaqstant hija meqjusa adottata.