Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/0161(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0039/2019

Testi mressqa :

A8-0039/2019

Dibattiti :

PV 16/04/2019 - 24
CRE 16/04/2019 - 25

Votazzjonijiet :

PV 17/04/2019 - 8.9
CRE 17/04/2019 - 8.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0401

Minuti
It-Tlieta, 16 ta' April 2019 - Strasburgu

24. It-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari ***I (dibattitu)
CRE

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari li jemenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002 [dwar il-liġi ġenerali dwar l-ikel], id-Direttiva 2001/18/KE [dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ OĠM], ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 [dwar ikel u għalf ĠM], ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 [dwar l-addittivi fl-għalf], ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 [dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni], ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 [dwar il-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel], ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 [dwar il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel], ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 [dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti] u r-Regolament (UE) Nru 2015/2283 [dwar ikel ġdid] [COM(2018)0179 - C8-0144/2018 - 2018/0088(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Pilar Ayuso (A8-0417/2018)

L-ewwel dibattitu sar fid-data 10 ta' Diċembru 2018 (punt 15 tal-Minuti ta' 10.12.2018).
Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data 11 ta' Diċembru 2018 (punt 5.7 tal-Minuti ta' 11.12.2018).

Pilar Ayuso ippreżentat ir-rapport.

Intervent ta': Jyrki Katainen (Viċi President tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Ricardo Serrão Santos (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat PECH) u Angélique Delahaye f'isem il-Grupp PPE.

PRESIDENZA: Lívia JÁRÓKA
Viċi President

Interventi ta': Miriam Dalli f'isem il-Grupp S&D, Anja Hazekamp f'isem il-Grupp GUE/NGL, Martin Häusling f'isem il-Grupp Verts/ALE, Sirpa Pietikäinen u Cristian-Silviu Buşoi.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová, Notis Marias u Kateřina Konečná.

Interventi ta': Jyrki Katainen u Pilar Ayuso.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.8 tal-Minuti ta' 17.4.2019.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Lulju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza