Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 [COM(2016)0815 - C8-0521/2016 - 2016/0397(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Guillaume Balas (A8-0386/2018)
Il-votazzjoni dwar id-deċiżjoni biex jibdew negozjati interistituzzjonali saret fid-data 11 ta' Diċembru 2018 (punt 5.2 tal-Minuti ta' 11.12.2018).
Interventi ta': Sven Schulze f'isem il-Grupp PPE, Agnes Jongerius f'isem il-Grupp S&D, Helga Stevens f'isem il-Grupp ECR, Marian Harkin f'isem il-Grupp ALDE, Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jean Lambert f'isem il-Grupp Verts/ALE, Sven Schulze, dwar l-iżvolġiment tad-dibattitu, Joëlle Mélin f'isem il-Grupp ENF, Dobromir Sośnierz Membru mhux affiljat, David Casa, Mercedes Bresso, Anders Primdahl Vistisen, Yana Toom u Rina Ronja Kari.
PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS Viċi President
Interventi ta': Terry Reintke, Danuta Jazłowiecka, Emilian Pavel, Ruža Tomašić, Morten Løkkegaard, Kostadinka Kuneva, Verónica Lope Fontagné, Michael Detjen, Tom Vandenkendelaere, Ole Christensen, Jeroen Lenaers, Maria Arena, Sofia Ribeiro, Monika Smolková, Andrejs Mamikins u David Coburn f'isem il-Grupp EFDD.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Maria Grapini, Notis Marias, Jeroen Lenaers, dwar l-iżvolġiment tad-dibattitu, Ana Miranda u João Pimenta Lopes.
Interventi ta': Marianne Thyssen u Guillaume Balas.