8.4. Il-programm li jimplimenta Orizzont Ewropa ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni [COM(2018)0436 - C8-0253/2018 - 2018/0225(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Christian Ehler (A8-0410/2018)
L-ewwel dibattitu sar fid-data 11 ta' Diċembru 2018 (punt 23 tal-Minuti ta' 11.12.2018). Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, għal negozjati interistituzzjonali, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data 12 ta' Diċembru 2018 (punt 12.12 tal-Minuti ta' 12.12.2018).
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)