Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni 541/2014/UE [COM(2018)0447 - C8-0258/2018 - 2018/0236(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Massimiliano Salini (A8-0405/2018)
L-ewwel dibattitu sar fid-data 12 ta' Diċembru 2018 (punt 28 tal-Minuti ta' 12.12.2018). Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, għal negozjati interistituzzjonali, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data 13 ta' Diċembru 2018 (punt 9.3 tal-Minuti ta' 13.12.2018).
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)