8.12. Programm "Fiscalis" għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "Fiscalis" għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni [COM(2018)0443 - C8-0260/2018 - 2018/0233(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sven Giegold (A8-0421/2018)
Id-dibattitu sar fid-data 16 ta' Jannar 2019 (punt 30 tal-Minuti ta' 16.1.2019). Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, għal negozjati interistituzzjonali, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data 17 ta' Jannar 2019 (punt 10.9 tal-Minuti ta' 17.1.2019).
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)