Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000003/2019) imressqa minn Danuta Maria Hübner, f'isem il-Kumitat AFCO, lill-Kunsill: Negozjati mal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dritt ta' inkjesta tal-Parlament: proposta leġiżlattiva (B8-0019/2019)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000004/2019) imressqa minn Danuta Maria Hübner, f'isem il-Kumitat AFCO, lill-Kummissjoni: Negozjati mal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dritt ta' inkjesta tal-Parlament: proposta leġiżlattiva (B8-0020/2019)
Ramón Jáuregui Atondo u Danuta Maria Hübner daħlu aktar fil-fond dwar il-mistoqsijiet.
George Ciamba (President fil-kariga tal-Kunsill) u Elżbieta Bieńkowska (Membru tal-Kummissjoni) wieġbu l-mistoqsijiet.
Interventi ta': Maite Pagazaurtundúa f'isem il-Grupp ALDE, Diane James f'isem il-Grupp EFDD, u Jiří Pospíšil.
Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias.
Intervent ta': Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL.
Interventi ta': Elżbieta Bieńkowska u George Ciamba.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura:
— Danuta Maria Hübner, f'isem il-Kumitat AFCO, dwar in-negozjati mal-Kunsill u mal-Kummissjoni dwar il-proposta leġiżlattiva għal regolament dwar id-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew (2019/2536(RSP)) (B8-0238/2019).